MaltaRightNow.com
11 ta' Marzu, 2010
21:49 CET |
Cliché Media & Entertainment flimkien mal-YADA Dance Company se jkunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-mużika Maltija permezz ta' spettaklu mill-aqwa li se jittella f'Dar il-Mediterran nhar il-Ġimgħa 9, is-Sibt 10 u l-Ħadd 11 t'April permezz ta' Dejjem Tagħna. Lament, Tifkira Lil Malta, Kif Qatt Nista Nħobb Ahjar,Xemx, Rajtek, Il-Festa, Tfajjel CĊejken, Tema minn Ġensna, L-Aħħar Bidwi F'Wied il-Għasel, Sen'ilu bħal daż-żmien Konna Flimkien, Għajnejn Sbieh, Lil Art Twelidi u Bandiera tal-Maltin huma biss ftit mill-kanzunetti li se jiġu interpretati. Dan minbarra diversi medleys u waħda partikolari ta' medleys ta' kanzunetti li konna nkantaw waqt il-logħob tagħna snin ilu. Fost il-kantanti se jkun hemm Mary Spiteri, Renato, Georgina, Mary Rose Mallia, Claudette Pace, Doreen Galea, Pamela, Glen, Ludwig Galea, Debbie Scerri, Lawrence Gray, J Anvil u Olivia Lewis. Dawn taħt direzzjoni ta' Mro Dominic Galea. Jingħaqdu ma' dawn iż-żeffiena tal-YADA Dance Company kif ukoll uħud mill-parteċipanti tal-programm L-Isfida. U biex jgħaqdu kollox se jkollna lil Ray Calleja, Karmen Azzopardi u Hector Bruno. Mhux biex jippreżentaw iżda biex ikomplu jsaħħu l-kultura Maltija b'siltiet ta' qari jew makjetti. Dejjem Tagħna: Spettaklu ta' Muzika, Kant u Żfin mill-Maltin għall-Maltin se jittella' Dar il-Mediterran nhar il-Ġimgħa 9 (fit-20.00), is-Sibt 10 (fit-20.30) u l-Ħadd 11 t'April (fis-14.30 u fis-19.30). Għal aktar informazzjoni fuq il-biljetti tista' ċċemplu fuq 79414345, 99520044 jew 25595750/1 jew online booking minn www.mcc.com.mt
|