MaltaRightNow.com sezzjoni: Mużika
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Divertiment
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Mużika

Hora Glorae

MaltarightNow.com
8 ta' Marzu, 2010  19:16 CET

Il-Parroċċa tal-Fontana, mmexxija mill-Kappillan il-ġdid Dun Joseph Bajada, ser ittella' kunċert tar-Randan nhar is-Sibt 20 ta' Marzu 2010. Dan il-kunċert qed jittella' b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Fontana u qed jiġi organiżżat minn Schola Cantorum Jubilate.

Schola Cantorum Jubilate qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha. Matul din is-sena ser jittellgħu diversi kunċerti u avvenimenti mużikali biex jitfakkar dan l-anniversarju. Il-membri ta' dan il-kor jixtiequ jiċċelebraw ma' dawk kollha li tul dawn l-għaxar snin urew apprezzament, offrew għajnuna jew ikkollaboraw għas-suċċess tal-kor. Sa mill-bidunett, Schola Cantorum Jubilate kellha l-għan li tagħti l-kontribut tagħha fil-qasam mużikali lokali u li teduka lill-poplu fejn tidħol il-mużika liturġika. Fil-fatt, il-polifonija sagra tibqa l-ispecjalità ta' dan il-kor. Permezz tal-kant kontemplattiv tagħhom jippruvaw iressqu ‘l-bniedem dejjem aktar lejn Alla.

Il-programm għal dan il-kunċert Hora Gloriæ, jinkludi kant polifoniku a cappella, principalment minn kompożituri bħal: Palestrina, Kodály, Bartolucci, Debono u Portelli. Dawn l-aħħar żewġ kompożituri huma qrib ħafna tal-iSchola Cantorum u huma zgħazagħ li jipromettu. Fil-fatt ser nisimgħu għall-ewwel darba ‘Nunc Dimittis' ta' Mark Debono u ‘Miserere' miktuba għall-sopran u vjolinċell minn Paul Portelli. Din ser tiġi interpretata minn Marouska Attard, sopran u Direttrici tal-kor akkumpanjata minn Jacob Portelli fuq il-vjolinċell. Solo ieħor jinkludi ‘Pie Jesu' ta' Fauré li ser tiġi interpretata minn Anita Vella Bondin. Dr. Joseph Camilleri ser jakkumpanja lis-solisti fuq l-orgni.

Minn barra dawn il-biċċiet mużikali sagri, il-kunċert ser jinkludi meditazzjonijiet miktuba minn qassis Spanjol Fr. José Miguel Ibáñez Langlois fil-ktieb tiegħu ‘Libro de la Pasión' (1986). Dan il-ktieb gie ippublikat diversi drabi u b'lingwi differenti. Jitratta fuq poeżija-rakkont tal-episodji prinċipali tal-aħħar ġrantet ta' Ġesù skont il-vanġelu. Dawn il-ħsibijiet ġew maqluba għall-Malti mill-Kapp. Joseph Bajada.

Kulħadd jista' jattendi għal dan il-kunċert bla ħlas. Aktar informazzjoni fuq www.scjchoir.com.


Bookmark Print page Email page
Hora Glorae
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Rispons qawwi għall-kunċert 'Classics Under the Stars'
Kunċert mill-baritonu Joseph Lia flimkien mas-sopran Yana Ivanova
Il-kunċert tal-Winter Moods jitmexxa għal nhar il-Ġimgħa 30 ta' Lulju
Kor Għawdxi jkanta f'quddiesa fil-Bażilika ta' San Pietru
Il-kunċert ta' Joseph Calleja, Warwick u Cocciante pospost għal Ħamis li ġej
`
Punti ewlenin
20:05 Dokument b'enfażi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
14:59 9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
iktar aħbarijiet
21:19 Bint Clinton se tiżżewweġ
21:17 Tinbiegħ id-dentatura ta' Churchill
21:12 Ottimiżmu dwar aktar investiment fl-ST
20:43 Nirien kbar fil-foresti Russi
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
19:27 Aktar sigurta' fuq il-baħar
18:51 Il-qasam tal-assigurazzjoni jkompli jikber
18:04 Ikompli d-diżgwid bejn Berlusconi u Fini
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
17:01 Il-British Airways ordnata tħallas 222,000 ewro lill-ħaddiem Malti
Editorjal

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar
Opinjoni

Il-Partit Laburista għandu jikxef dak li qed iżomm mistur dwar ir-riżenja tas-Sindku Laburista tal-Fgura?

Iva
Le
Ma Nafx