MaltaRightNow.com sezzjoni: Arti u Kultura
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Divertiment
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Arti u Kultura

Ħa jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-art mekkanizzat

Dione BORG
8 ta' Frar, 2010  19:01 CET

Il-Kunsill Lokali tal-Furjana se jerġa' jorganizza l-festival nazzjonali tal-logħob tal-art mekkanizzat fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-Sibt 24 ta' April lejliet il-festa ta' San Publju.

Dettalji dwar dan il-festival ingħataw f'konferenza tal-aħbarijiet mis-Sindku Nigel Holland li spjega kif tul l-aħħar erba' snin dan il-festival stabilixxa ruħu sew fost id-dilettanti tal-logħob tan-nar u sar attrazzjoni unika għat-turisti.

F'din l-edizzjoni tal-festival se jipparteċipaw 10 kumplessi jew għaqdiet tan-nar li se jesebixxu l-aqwa xogħlijiet mekkanizzati tagħhom fl-istess avveniment li se jibda fl-10.30 ta' bil-lejl.

Kif isir kull sena, il-ġurija f'dan l-avveniment se tkun barranija imma se tkun immexxija minn Michael Brockdorff, espert piroteniku Malti. Il-ġurija se tinkludi wkoll piroteniku internazzjonali, inġinier mekkaniku mill-Ġermanija.

Din se tkun qed tevalwa diversi aspetti tal-logħob tan-nar mekkanizzat li jinkludu l-aħjar mekkaniżmu, l-aħjar xogħol bil-ktajjen, l-aħjar prodotti pirotekniċi wżati u l-aħjar esebizzjoni oriġinali.

Il-ġurija se tevalwa wkoll ix-xogħol b'mod ġenerali, kemm waqt li l-esebizzjoni kif ukoll waqt l-armar.

Dawn l-elementi kollha għandhom iwasslu għall-verdett finali bir-riżultati jitħabbru l-għada tal-festival, il-Ħadd 25 ta' April f'nofsinhar.

Il-pubbliku wkoll jista' jipparteċipa fl-għażla tar-rebbieħ billi jibgħat sms għall-kumpless li fl-opinjoni tiegħu, l-aktar li jkun impressjonah fil-festival.


Bookmark Print page Email page
Ħa jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-art mekkanizzat
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jiġi fi tmiemu l-Malta Arts Festival 2010
Il-Ġimgħa jintemm il-Malta Arts Festival
Żewġ kunċerti mil-Orkestra Barrokka tal-Unjoni Ewropeja
Erba xhur ħabs fuq passaport falz
Ikompli l-Malta Arts Festival b'kunċert mill-Orkestra Barokka tal-UE
`
Punti ewlenin
20:05 Dokument b'enfażi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
14:59 9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
iktar aħbarijiet
21:19 Bint Clinton se tiżżewweġ
21:17 Tinbiegħ id-dentatura ta' Churchill
21:12 Ottimiżmu dwar aktar investiment fl-ST
20:43 Nirien kbar fil-foresti Russi
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
19:27 Aktar sigurta' fuq il-baħar
18:51 Il-qasam tal-assigurazzjoni jkompli jikber
18:04 Ikompli d-diżgwid bejn Berlusconi u Fini
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
17:01 Il-British Airways ordnata tħallas 222,000 ewro lill-ħaddiem Malti
Editorjal

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar
Opinjoni

Il-Partit Laburista għandu jikxef dak li qed iżomm mistur dwar ir-riżenja tas-Sindku Laburista tal-Fgura?

Iva
Le
Ma Nafx