MaltaRightNow.com sezzjoni: Mużika
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Divertiment
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Mużika
'IN HARMONY - LIVE THE MUSIC'

Spettaklu b'interpetazzjonijiet armonizzati ta' bosta siltiet popolari

- spettaklu minn Spiteri Lucas Entertainment

maltarightnow.com
5 ta' Frar, 2010  20:35 CET

Wara diversi suċċessi bi produzzjonijiet spettakolari bħal 'Golden Oldies', 'The Legends of Music', 'Dipinto di Blu' u oħrajn, għal darba oħra, Spiteri Lucas Entertainment ser tippreżenta 'In Harmony - Live the Music', spettaklu mużikali uniku li ser jittella' nhar is-Sibt 20 ta' Marzu fit-8 ta' filgħaxija u l-Ħadd 21 ta' Marzu fis-6.30 ta' filgħaxija fit-Teatru Sir Temi Zammit ġewwa l-Università f'Tal-Qroqq.

Il-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom u dan l-ispettaklu għandu jitqies bħala wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin għal dan l-istaġun teatrali u ħolqa oħra fil-katina ta' spettakli li ttellgħu b'suċċes minn Spiteri Lucas Entertainment f'dawn l-aħħar sitt snin.

'IN HARMONY - Live the Music' huwa xow 'live' imżewwaq b'kant, mużika u diversi effetti speċjali oħrajn li żgur se joffri spettaklu differenti minn tas-soltu lil kulmin ħa jattendi għalih. L-udjenza ser tittieħed fuq vjaġġ mużikali li matulu ser jiġu interpretati għażla vasta ta' suċċessi mużikali li sawru l-istorja tal-mużika Pop. Ir-repertorju li se jiġi ppreżentat waqt 'dan l-ispettaklu, huwa wieħed vast u jappella għal nies ta' kull età. Biżżejjed insemmu siltiet bħal 'The Circle of Life', 'The Lion Sleeps Tonight', 'That's what Friends are For', 'I Will Follow Him', 'Lady Marmalade' 'Heal the World', 'Any Dream Will Do', 'Miserere', 'Adagio', 'Can't Take my Eyes off of You', 'Bohemian Rhapsody', 'Somebody to Love' u bosta oħrajn.

Dawn il-kanzunetti ser jiġu interpretati minn uħud fost l-aqwa kantanti b'vuċijiet mill-aktar versatili li għandna f'pajjiżna fil-mument u li ntgħażlu minn Spiteri Lucas Entertainment għal din il-produzzjoni. Biżżejjed insemmu lil Ludwig Galea, Nadine Axisa, Pamela, Raquela, Debbie Scerri, Ivan Spiteri Lucas, Glen Vella u Neville Refalo li għandu f'idejh id-direzzjoni ta' kor magħmul minn 40 tifel u tifla u adolexxenti li ħa jkunu qed jakkumpanjaw f'uħud mill-kanzunetti li se jiġu interpretati waqt dan l-ispettaklu. L-arranġamenti mużikali u t-tmexxija tal-mużiċsti li se jdoqqu kollox 'live' huma f'idejn il-mużiċst Mark Spiteri Lucas.

Il-booking għal 'IN HARMONY - Live the Music' jinsab miftuħ u l-biljetti jistgħu jinxtraw mill-booking office tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta (Tel. 21 223 200) jew online minn fuq is-sit elettroniku www.scjav.org. Il-pubbliku jista' jċempel ukoll fuq hotline 9989 6638 jew 9946 8429. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit elettroniku ta' Spiteri Lucas Entertainment, www.spiterilucas.net.

Bookmark Print page Email page
Spettaklu b'interpetazzjonijiet armonizzati ta' bosta siltiet popolari
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Rispons qawwi għall-kunċert 'Classics Under the Stars'
Kunċert mill-baritonu Joseph Lia flimkien mas-sopran Yana Ivanova
Il-kunċert tal-Winter Moods jitmexxa għal nhar il-Ġimgħa 30 ta' Lulju
Kor Għawdxi jkanta f'quddiesa fil-Bażilika ta' San Pietru
Il-kunċert ta' Joseph Calleja, Warwick u Cocciante pospost għal Ħamis li ġej
`
Punti ewlenin
20:05 Dokument b'enfażi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
14:59 9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
iktar aħbarijiet
21:19 Bint Clinton se tiżżewweġ
21:17 Tinbiegħ id-dentatura ta' Churchill
21:12 Ottimiżmu dwar aktar investiment fl-ST
20:43 Nirien kbar fil-foresti Russi
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
19:27 Aktar sigurta' fuq il-baħar
18:51 Il-qasam tal-assigurazzjoni jkompli jikber
18:04 Ikompli d-diżgwid bejn Berlusconi u Fini
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
17:01 Il-British Airways ordnata tħallas 222,000 ewro lill-ħaddiem Malti
Editorjal

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar
Opinjoni

Il-Partit Laburista għandu jikxef dak li qed iżomm mistur dwar ir-riżenja tas-Sindku Laburista tal-Fgura?

Iva
Le
Ma Nafx