MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Xogħol fis-sajf għal studenti fl-ICT

- il-Gvern iħallas nofs il-paga

Kenneth XUEREB
11 ta' Ġunju, 2012  17:26 CET

Għal sena oħra, l-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika ta' Malta, (MITA), flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, it-Trasport u l-Komunikazzjoni niedew l-istudent placement programme għal dawk il-kumpaniji li qed ifittxu ħaddiema fil-qasam tal-informatika u f'oqsma relatati biex jaħdmu matul ix-xhur tas-sajf.

Din is-sena, l-iskema kienet imsaħħa sostanzjalment u saret iktar attraenti għal min iħaddem hekk kif il-Gvern se joħroġ nofs il-paga ta' studenti fl-ICT li jkunu assenjati mal-kumpaniji partikolari.

F'dawn l-aħħar ħames snin, mijiet ta' kumpaniji u studenti gawdew minn din l-iskema. Din l-esperjenza ta' xogħol tinfirex fuq 11-il ġimgħa fuq bażi ta' 30 siegħa fil-ġimgħa bejn Lulju u Settembru b'rata ta' ħlas ta' €5.31 s-siegħa – b'nofshom jitħallsu mill-Gvern.

L-istudenti li jintgħażlu jistgħu jokkupaw diversi rwoli fi ħdan il-kumpaniji li xogħolhom jirrelata mal-ICT u n-negozju.

Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji se jkunu qed iħaddmu lil dawn l-istudenti biex jagħtuhom esperjenza ta' xogħol u jinħoloq pont bejn l-aspettattivi tal-istudenti u r-realtajiet li wieħed jiltaqa' magħhom fuq il-post tax-xogħol.

Il-kumpaniji li jixtiequ jippartecipaw f'dan il-programm jistgħu jibagħtu email fuq [email protected] b'indikazzjoni tal-kwalifiki, l-għarfien u ħiliet li qed jirrikjedu u n-numru ta' postijiet miftuħa.

Min-naħa tagħha, il-MITA tibgħat lista speċifika ta' studenti flimkien mas-CV tagħhom. Il-kumpaniji ikunu jistgħu jintervistaw lill-istudenti prospettivi.

Kumpaniji interessati għandhom japplikaw sa mhux iktar tard mill-25 ta' Ġunju.  Studenti li qed isegwu kors relatat mal-ICT fl-Universita' ta' Malta, l-MCAST jew istituzzjoni privata oħra jistgħu japplikaw online fuq is-sit www.mita.gov.mt/spp sa mhux iktar tard mit-18 ta' Ġunju.

Bookmark Print page Email page
Xogħol fis-sajf għal studenti fl-ICT
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
Il-Gvern Laburista jirkeb fuq inizjattivi li tnedew mill-Gvern Preċedenti
Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
Punti ewlenin
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
20:28 Il-Prim Ministru jibża’ mill-fatati
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.