MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Xhieda tas-suċċess tal-imprenditorija

Dione BORG
15 ta' Ġunju, 2012  18:11 CET

Għall-kumpanija Cuschieri Aluminium u għal mijiet ta' negozji żgħar u medji oħra, ix-xogħlijiet li huma jieħdu u jwettqu fi proġetti tal-gvern huma element vitali u importanti biex ikompli jikbru u jiżviluppaw.

L-opportunitajiet li jirriżultaw għal kumpaniji żgħar u medji meta dawn jieħdu kuntratti marbutin ma' proġetti kapitali tal-gvern jew f'investimenti tal-privat kienu trattati waqt żjara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għamel fil-kumpanija Cuschieri Aluminium fl-Imrieħel. 

Din il-kumpanija bdiet tletin sena ilu minn ħanut żgħir f'Tas-Sliema iżda llum żviluppat u kibret tant li timpjega 30 ħaddiem u hi nvoluta f'uħud mill-ikbar proġetti tal-gvern fil-pajjiż fosthom l-Isptar Mater Dei. 

Minbarra dan, il-kumpanija rnexxielha tieħu wkoll xogħlijiet fi proġetti oħra bħal Portomaso, Tigne, il-Bank of Valletta u r-Radisson.

Wara li ltaqa' mal-ħaddiema, il-Prim Ministru tkellem dwar l-iskemi li l-gvern qed idaħħal biex jgħin lin-negozji żgħar u medji bħall-micro invest u l-micro credit li minnhom s'issa gawdew mal-1,800 negozju li bejniethom investew mas-sebgħin miljun ewro u ħolqu mijiet ta' impjiegi ġodda. Hu semma li huma dawn l-inizjattivi li qed ikomplu joħolqu l-impjiegi u qed ikomplu jikkonfermaw ix-xejriet pożittivi tal-ekonomija Maltija. Dan tikkonfermah ukoll l-Unjoni Ewropea.

Gilbert Cuschieri, id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija jitkellem dwar kemm huma importanti l-proġetti tal-Gvern għal kumpaniji bħal tiegħu.

Quddiem l-isfidi internazzjonali, l-ekonomija tibqa' tissaħħaħ, propju għaliex is-settur tan-negozji żgħar u mejdi, li huwa sinsla tal-ekonomija, qed jibqa' b'saħħtu u jibqa' joħloq l-impjiegi. Fl-aħħar erba' snin, minkejja l-maltemp ta' madwarna, pajjiżna ħoloq għoxrin elf impjieg ġdid u għandu fost l-inqas rati ta' qgħad fl-Ewropa.

Bookmark Print page Email page
Xhieda tas-suċċess tal-imprenditorija
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Punti ewlenin
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.