MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
L-EĠITTU

Twissija qabel il-vjolenza


18 ta' Settembru, 2012  19:07 CET

Sar magħruf li sorsi sigrieti Amerikani kienu wissew permezz ta' cable lill-Ambaxxata tal-Istati Uniti fil-Kajr dwar 'ir-reazzjoni vjolenti potenzjali' mill-Musulmani rigward iċ-ċirkolazzjoni ta' clips mill-film Innocence of Muslims li jżeblaħ l-isem tal-Profeta Mohammad, il-fundatur tal-Iżlam.

Il-film qajjem għagħa enormi fid-Dinja Musulmana u kien proprju fl-Eġittu li qamu l-ewwel protesti 'jaħarqu' wara li uffiċjali sigrieti Amerikani infurmaw lill-Ambaxxata tal-Kajr li l-clips maqluba għall-Għarbi kienu qed jitqassmu fuq in-network soċjali.

Il-cable ntbagħat minn Washington fl-10 ta' Settembru, lejlet il-protesti, u għalkemm ma enfasizzax miżuri għal titjib tas-sigurtà, l-uffiċjali tal-Gvern Eġizzjan xorta waħda ġew notifikati dwar it-tħassib tal-Istati Uniti. 

Filwaqt li l-Gvern ta' pajjiż partikulari jrid jaċċerta s-sigurtà tal-missjonijiet diplomatiċi barranin f'artu, ma ntbagħtux kopji tal-cable bl-informazzjoni partikulari lill-missjonijiet l-oħrajn tal-Amerikani fir-reġjun< inkluż il-konsolat tal-Istati Uniti f'Bengażi, fil-Libja. 

Kien proprju f'Bengażi li l-Ambaxxatur Amerikan Christopher Stevens u tliet Amerikani oħra nqatlu fi vjolenza, għalkemm għadha mhix ċara din il-konnessjoni mal-film anti-Musulman inkwistjoni.

Sorsi infurmati jgħidu li l-cable (li għadu klassifikat) għandu l-oriġini f'xandira tan-network tat-televiżjoni Eġizzjan al-Nas li tmur lura għat-8 ta' Settembru fejn il-preżentaturi rreferew għal siltiet ta' film maħdum bl-Ingliż li jħammeġ l-isem ta' Mohammad. Ix-xandira kompliet li 'immigranti Kopti' (membri eżiljati ta' grupp ta' minoranza Kristjana fl-Eġittu) kienu ċċirkolaw il-clips ta' dan il-film 'Amerikan' fuq il-websajt You Tube.

Bookmark Print page Email page
Twissija qabel il-vjolenza
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
$408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
Splużjoni fuq il-Qamar
Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.