Ivan VASSALLO
8 ta' Mejju, 2012
16:13 CET |
Anzjana Ingliża ta' 62 sena sofriet ġrieħi gravi iżda b'xorti tajba ma tinsabx fil-periklu tal-mewt. Dan wara li ntlaqtet minn vettura ta' tip Skoda waqt li kienet miexja fit-triq fir-raħal Għawdxi tal-Fontana. L-inċident sar għall-ħabta tat-7:40 ta' dalgħodu fejn vettura oħra ta' tip Toyota Yaris misjuqa minn mara ta' 32 sena residenti il-Munxar kellha ħabta mal-karozza tat-tip Skoda li kienet misjuqa mminn mara ta' 20 sena residenti l-Fontana, li baqgħet dieħla fuq il-mara anzjana.
Il-Mara anzjana ttieħdet minnufih fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex b'ambulanza biex tingħata l-kura meħtieġa.
|