MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ekonomija

Tnaqqis fl-inventarji jtappan iċ-ċifri dwar il-PDG

Ħafna oqsma tal-ekonomija jikbru u jiżdiedu wkoll il-pagi li daħħlu l-ħaddiema Maltin

John ZAMMIT
8 ta' Ġunju, 2012  16:23 CET

Il-Prodott Domestiku Gross ta' Malta żdied f'termini ta' flus imma naqas f'termini reali fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena. 

Ċifri dettaljati dwar il-produzzjoni fil-pajjiż bejn Jannar u Marzu juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm ħafna oqsma tal-ekonomija li kibru, fosthom l-esportazzjoni u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-propjeta' u mat-turiżmu. Żdiedu wkoll il-pagi li daħħlu l-ħaddiema. 
 
Iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li dak li l-pajjiż ipproduċa fl-ewwel kwart tas-sena żdied b'wieħed% meta jitqies fi flus kurrenti – minn 1,541 miljun fl-ewwel tliet xhur tal-2011 għal 1,556 miljun fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.

Minkejja ż-żieda ta' wieħed% fi flus kurrenti, madankollu, meta wieħed iqis iż-żieda fil-prezzijiet fl-istess żmien, l-Uffiċċju tal-Istatistika jgħid li f'termini reali dak li pproduċa l-pajjiż naqas b'wieħed%.

Miċ-ċifri ddettaljati li ppubblika l-Uffiċċju tal-Istatistika jirriżulta li ħafna oqsma tal-ekonomija kibru. Il-fabbriki żiedu l-esportazzjoni tagħhom barra l-pajjiż. Kien hemm żieda wkoll fl-investiment li n-negozji jagħmlu fil-kapital u fil-makkinarju li jixtru. Il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut kien wieħed stabbli.

Fost l-oqsma li kibru kien hemm ukoll is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-propjeta', is-servizzi li jinbigħu minn negozji lil negozji oħrajn, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ħarsien soċjali, u s-servizzi ta' divertiment li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu.

X'wassal biex il-produzzjoni tal-pajjiż tidher li naqset kien kalkolu li tradizzjonalment ivarja ħafna bejn perjodu u ieħor. Dan hu l-istima tal-inventarji.

Is-sena l-oħra din l-istima varjat bejn tnaqqis ta' €82 miljun fit-tielet kwart u żieda ta' €32 miljun fl-ewwel kwart. Din is-sena, fl-ewwel kwart, l-istima tal-inventarji kienet li dawn naqsu bi €68 miljun u b'hekk, imqabblin ma' żieda ta' €32 miljun fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel, ġabu moviment ta' mitt miljun ewro kontra l-produzzjoni li tagħmel l-ekonomija biex, b'hekk, din tidher li naqset.

Dak li baqa' fi bwiet in-nies mill-andament tal-ekonomija Maltija fl-ewwel tliet xhur tas-sena jidher mill-pagi li daħħlu l-ħaddiema. Iċ-ċifri ddettaljati juru li bejn Jannar u Marzu l-ħaddiema Maltin daħħlu 730 miljun ewro f'pagi, żieda ta' €24 miljun fuq sena qabel, jew f'persentaġġ, żieda ta' 3.3%.

Bookmark Print page Email page
Tnaqqis fl-inventarji jtappan iċ-ċifri dwar il-PDG
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
Jogħla bi 3% l-indiċi tal-prezzijiet f'April
L-Unjoni Ewropea tbassar żieda fid-deficit
Il-BĊE inaqqas ir-rati tal-imgħax f'livell rekord baxx
L-APS Bank Group irreġistra profit ta' €9.9 miljun qabel it-taxxa
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.