Marita PACE
15 t' April, 2012
16:58 CET |
Għas-sitt sena konsekuttiva, l-Kunsill Lokali tal-Imġarr flimkien mal-Kummissjoni Lejla Mġarrija organizzaw l-attivita' Festa Frawli. Attivita', li saret parti mill-kalendarju Agri-Turistiku- tant li għaliha jattendu bosta Maltin u Turisti sabiex b'hekk huma jkunu jistgħu iduqu l-frawla bnina li jafu joffru l-bdiewa tal-Imarr.
Għal din l-attivita' tant popolari mal-Maltin, attenda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Sinjura Tiegħu, flimkien mal-Ministru George Pullicino u l-Assistent Parlamentari Philip Mifsud.
L-għan ewlieni ta' din l-attivita' huwa sabiex jippromwovi l-prodott frisk lokali, inkluż il-frawli bnina li l-bdiewa tal-Imġarr ilhom ikabbru għal aktar minn 100 sena.
Mill-Imġarr immorru lura fiż-żmien- ŻMIEN IL-MEDJUEVU. Matul tmiem din il-ġimgħa, fl-Imdina ġie mtellgħa l-Festival Medjevali. Dan il-festival li ilu jittella` għal erba' snin konsekuttivi ġie organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina.
Kull min kien preżenti għal dan il-festival, kellu l-opportunita' li jżur bosta mużewijiet, jara b'għajnejh il-falkuni li kienu popolari ħafna matul dan iż-żmien kif ukoll isegwi bosta re-enactments relatati ma' dan iż-żmien.
U bħala parti mill-Autism Awareness Month, ġiet organizzata Open Day f'Villa Francia f' Ħal Balzan. Għal din l-attivita' attendiet is-Sinjura Kate Gonzi li tokkupa l-kariga ta' Chairperson Onorarja tal-Malta Autism Parents Association- l-istess Assoċjazzjoni li tellgħet din l-attivita.
Matul iż-żjara tagħha f'din l-Open Day, il-membri fi ħdan din l-Assoċjazzjoni tawha rigal bħala sinjal ta' komemorazzjoni għal din l-attivita'.
|