MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Għawdex

Tliet laboratorju tal-ICT fl-MCAST t'Għawdex mgħammra b'fondi Ewropej

Kenneth XUEREB
27 ta' Lulju, 2010  12:25 CET

Fiċ-ċentru tal-MCAST fix-Xagħra, Għawdex, b'fondi Ewropej, ftit tax-xhur ilu tlesta l-proġett ta' twaqqif ta' żewġ laboratorji tal-ICT u x-xiri ta' tagħmir għalihom kif ukoll għal laboratorju li kien diġa' jeżisti. Dan il-proġett kien parti minn proġett usa li sar b'investiment ta' madwar nofs miljun ewro għat-tkabbir tal-istitut għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni, fejn b'kollox saru 15-il laboratorju f'Malta u tlieta f'Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said żaru l-parti tal-proġett fil-kampus tal-MCAST fix-Xagħra, hekk kif kienu qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet minn żgħażagħ Għawdxin li minn Ottubru se jkunu qed jattendu korsijiet offruti mill-MCAST f'Malta jew f'Għawdex.

L-apparat, li nxtara għall-proġett kollu kemm hu jinkludi kważi 380 compjuter, 25 scanner, network switches, projectors, laster printers u anke tliet servers. F'Għawdex tqegħdu 21 computer u apparat ieħor f'kull wieħed mit-tliet laboratorji tal-ICT.

Is-sena li għaddiet 85 student Għawdxi daħlu għal kors tal-ICT f'wieħed minn tliet livelli differenti, bil-faċilitajiet tal-MCAST f'Għawdex issa jifilħu għal 120 student li jkunu qed jagħmlu kors fl-IT fl-istess żmien.

Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif fl-aħħar snin żdiedu l-faċilitajiet u l-opportunitajiet ta' tagħlim għall-istudenti f'Għawdex. B'fondi Ewropej ittejbu l-faċiltiajiet taż-żewġ ċentri tal-MCAST f'Għawdex, fejn anke nbnew workshops għat-tagħlim tal-installazzjoni tal-elettriku u fil-welding u l-fabrikazzjoni fiċ-ċentru tax-Xewkija, u nxatara makkinarju ġdid għall-użu mill-istudenti. Dan wassal biex l-istudenti Għawdxin setgħu jagħmlu l-lezzjonijiet ta' prattika f'Għawdex stess.

Proġetti oħra b'fondi Ewropej saru fiċ-ċentru tal-ITS fil-Qala u fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f'Għajnsielem. Dan minbarra diversi korsijiet, ukoll b'fondi Ewropej, li ngħataw miċ-Ċentru t'Għawdex tal-Universita' ta' Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dan l-investiment jikkonferma l-impenn tal-Gvern favur l-Edukazzjoni u l-IT, li huma pilastri għall-Viżjoni 2015, u li juża bl-aħjar mod il-fondi Ewropej. Juri wkoll l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lil Għawdex. Chris Said qal li l-ICT hi responsabbli għat-twaqqif ta' ħafna intrapriżi żgħar u medji u semma kif fl-aħħar sentejn gawdew kważi 400 negozju ta' dan it-tip permezz ta' 25 miljun ewro f'inizjattiva mħaddma mill-Malta Enterprise. 21 negozju minnhom kienu Għawdxin, li bejniethom kisbu 1.6 miljun ewro.

Bookmark Print page Email page
Tliet laboratorju tal-ICT fl-MCAST t'Għawdex mgħammra b'fondi Ewropej
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-Parroċċa tax-Xagħra twaqqaf Kummissjoni biex tevalwa applikazzjonijiet għal talbiet t'għajnuna
Il-MEPA tapprova l-bini ta' parkeġġ fir-Rabat Għawdex
Il-Ġimgħa d-dieħla se jsir il-Festival Internazzjonali tal-Folk fil-Qala Għawdex
Numru ta' proġetti speċjali f'lokalitajiet żgħar
Se jsir il-Festival Internazzjonali tal-Folk fil-Qala
`
Punti ewlenin
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
iktar aħbarijiet
15:09 Syrian jallega li ssawwat mill-Pulizija
14:39 NET TV jippreżenta l-iskeda tal-Ħarifa
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
12:56 Studenti jingħataw boroż ta' studju biex ikomplu bl-istudji barra minn Malta
12:46 L-istudenti Rabtin premjati għall-ospitalita' tagħhom
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
12:25 Il-Prim Ministru jinawgura 'Iljieli Melliħin'
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
10:47 It-tessera tal-Partit Nazzjonalista għal din is-sena ddedikata lil Nerik Mizzi
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi