MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-qtil tal-Avukat Margaret Mifsud

Ray ABDILLA
20 ta' Settembru, 2012  14:33 CET

Mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija jirriżulta li l-Libjan Nizar l Mostafa Al-Gadi, ta' 34 sena minn Tripli, mixli bil-qtil tal-ex mara tiegħu l-Avukat Margaret Mifsud kien qed isegwiha waqt li hi kienet ma' sħaba f'ristorant ġewwa x-Xemxija. 

Minn stħarriġ li għamlu l-Pulizija, nhar il-Erbgħa, 18 t'April li għadda waqt li l-vittma kienet qiegħda fir-ristorant Fortress għall-ħabta tad-9.30 p.m. l-akkużat kien mitt metru l-bogħod, fl-inħawi tal-Masġar Olimpiku.

Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Saviour Demicoli xehed l-Kap tat-Taqsima tal-Omiċidiji Keith Arnaud meta beda jixhed fil-kumpilazzjoni li bdiet l-Erbgħa filgħodu fejn fi ftit aktar minn sagħtejn iffoka fuq in-nuqqas ta' kreddibilita' fil-konfront tal-Libjan fejn allegatament dan ma qalx il-verità mal-Pulizija għal kif seħħew il-fatti. 

Sadanittant El-Gadi, li qal li l-professjoni tiegħu hija ta' kok, wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-Ispettur Arnaud li se jkompli jixhed dwar dan il-każ nhar it-Tnejn li ġej qal li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija dwar it-telefonati u l-SMS's li saru jikkonfermaw li Al-Gadi gideb dwar fatti mportanti tal-każ, l-aktar fejn kien fil-lejl ta' bejn it-18 u d-19 ta' April li għadda, l-lejl li fin inqatlet l-Avukat Mifsud li nstabet mejta f'karozza f'Baħar iċ-Ċagħaq f'ċirkostanzi suspettużi.

L-Ispettur Arnaud qal li l-vittma instabet b'wiċċha imserraħ lejn in-naħa tat-tieqa tal-passiġġier bid-demm ma' ħalqha u mnieħirha. Mill-investigazzjoni rriżulta li din mietet permezz ta' pressjoni fuq sidirha li ma ħalliethiex timla l-pulmuni bin-nifs u għalhekk mietet minħabba nuqqas ta' ossiġnu. 

Huwa qal li b'ċertezza dan każ ta' omiċidju u ma metitx fil-pożizzjoni li nstabet fiha għax kellha d-demm niexef f'għajnejha x-xellugija u minn ħalqha d-demm niżel miż-żewġ naħat mentri kieku mietet kif instabet id-demm kien ikun ikkonċentrat fuq in-naħa tal-lemin.

Bookmark Print page Email page
Tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-qtil tal-Avukat Margaret Mifsud
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-każ dwar id-dritt li akkużat ikollu avukat jassistih waqt l-interogazzjoni
Disa’ ħaddiema tal-Gozo Channel jammettu li ilhom jisirqu mill-“Cafeteria” sitt snin
Protest mill-KNPD kontra l-MFA minħabba nuqqas ta' aċċessibiltà fl-istadium f'Ta'Qali
Ir-rikors kostituzzjonali fuq it-tmienja u t-13 il-Distrett
Detentur tal-liċenzja tax-xogħol tan-nar mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq tifel
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.