MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Tindif mill-alka tal-bajja tal-Għadira

Matthew BONETT
28 t' April, 2012  16:58 CET

Temp sabiħ jgħidlek oħroġ 'il barra.  U rridu nammettu...aħna l-Maltin minkejja li mdorrijin b'temp sabiħ is-sena kollha, f'dan iż-żmien inkunu qed nistennew ix-xemx terġa' toħroġ u tiddomina s-sema blu. Fil-fatt, hemm min diga' jkun beda' jippjana l-ewwel għawma tiegħu.

U biex kemm il-Maltin kif ukoll il-barranin isibu l-isbaħ ambjent fil-bajjiet Maltin, id-Direttorat tat-Tindif għaddej b'ħidma kontinwa biex l-alka li tkun telgħet fix-xhur tax-xitwa titnaddaf.

Morna l-Għadira fejn bħalissa qed isir dan ix-xogħol. L-ammont ta' alka li tela' fil-bajjiet din is-sena hu wieħed kbir.

Dan ix-xogħol jibda fil-bidu t'April biex sa Mejju, l-aktar Ġunju, l-bajjiet ikunu mnaddfin kollha – lesti biex jilqgħu eluf ta' Maltin u turisti fix-xhur tas-sajf. 

Parti mill-bajja tal-Għadira diġa' ġiet imnaddfa u l-alka ġiet imneħħija. Fil-fatt, mill-Għadira biss diġa' tneħħew madwar 1,200 tunnellata fil-ftit jiem li ilu għaddej ix-xogħol.

B'kollox, s'issa, fi spazju ta' ftit ġimgħat, tneħħew aktar minn 3,000 tunnellata mill-bajjiet Maltin fosthom mitejn mill-bajja ta' San Tumas. 

Interessanti xi jsir mill-alka ladarba din titneħħa mill-bajjiet. Normalment, din tiġi depożitata fil-landfill tal-Magħtab, iżda dan l-aħħar, l-alka saret ukoll riżors importanti għall-bdiewa.

Dan il-proċess li rajna, jibda lejn l-aħħar ta' Marzu u l-bidu t'April għal raguni partikolari. Dan peress li fix-xhur tax-xitwa, l-alka tiproteġi r-ramel u żżommu milli jmur gol-baħar u b'hekk, il-bajjiet Maltin u Għawdxin - li huma waħda mir-raġunijiet li jattiraw lejn Malta ħafna turisti – jiġu kkonservati u jinżammu fl-aqwa stat li jixirqilhom.

Bookmark Print page Email page
Tindif mill-alka tal-bajja tal-Għadira
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
"Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Festa Fjuri fl-Iklin
Punti ewlenin
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
16:50 Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
11:55 Il-PN jifraħ lil Gianluca Bezzina
11:25 Tnaqqis drastiku għar-riċerka fl-Universita'
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.