MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Sussidji għax-xiri tal-proprjeta'


7 ta' Mejju, 2012  19:25 CET

Permezz ta' skema mill-Awtorita' tad-Djar 115-il appartament, 8 maisonettes u 98 garaxx se jkunu issusidjati biex jinbiegħu ħafna irħas mill-prezz kummerċjali tagħhom biex b'hekk tkun aktar faċli għal koppji u kull min irid jixtri dar, biex ikunu sidien tal-proprjeta` tagħhom.

Dan qalu il-Ministru tal-Ġustizzja, id-Djalogu u l-Familja, Chris Said, waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tkellmu ukoll diversi uffiċjali tal-Awtorita` tad-Djar.

Chris Said qal li permezz ta' din l-iskema, min jakkwista proprjeta` mill-Awtorita tad-Djar u jħallas 15% f'depozitu mal-Konvenju se jiffranka 25% mill-prezz kummercjali. Barra minn hekk se jiffranka madwar 20 elf ewro f'imgħaxijiet li kieku jkollu jħallas  lil banek.

L-appartamenti offruti f'din l-iskema huma mifruxin  ma' diversi lokalitajiet f'Malta. Biex wieħed japplika jrid ikun għalaq 18-il sena u jibda jgħix fl-appartament li jkun xtara fi zmien sentejn.

Min igawdi minn din l-iskema ma jkunx jista jbiegħ l-appartament qabel ma jgħaddu 5 snin mill-akkwist, waqt li jkun jista' jbiegħa, mingħajr ma jħallas is-sussidju li jkun ingħata mill-Gvern, wara 10 snin.
Kull min jakkwista proprjeta` taħt din l-iskema għandu l-obbligu li jinstalla solar water panels fejn hu possibli.

L-applikazzjonijiet għal min irid igawdi minn din l-iskema se jibdew jingabru mit-12 sat-23 ta' Mejju, waqt li l-pubbliku se jkun jista' jara 'l dawn l-appartamenti mit-12 sal-20 ta' Mejju.  

Il-Ministru Said qal li l-Awtorita tad-Djar introduċiet xejn inqas minn 17-il skema. Fost dawn hu semma l-iskema tal-Kiri li fiha l-Awtorita kriet mijiet ta' appartamenti mill-privat biex tkun tista toffrihom għall-kiri lill-pubbliku bi prezz issussidjat.  

Bookmark Print page Email page
Sussidji għax-xiri tal-proprjeta'
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.