MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Għawdex

Studenti ta' Skola Sajf f'Għawdex iżuru t-tempji tal-Ggantija

Attivita' organizzata mill-Agenzija Heritage Malta


28 ta' Lulju, 2010  11:08 CET

Madwar 40 student Għawdxi li qed jattendu f'wieħed mill-għaxar ċentri ta' Skola Sajf f'Għawdex għamlu żjara fis-sit storiku tal-Ġgantija bħala parti mill-mawriet edukattivi li Heritage Malta qed torganizza għall-istudenti li qed jattendu Skola Sajf f'Għawdex.

It-tfal qattgħu n-nofs ta' nhar ta' filgħodu jiskavaw għadam u statwetti minn ġol-ħamrija, f'post li kien ippreparat apposta minn Heritage Malta fil-Ġgantija stess.

L-istess attivita' se ssir għall-istudenti l-oħra li qed jattendu ċ-ċentri kollha ta' Skola Sajf f'Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono ltaqgħet mat-tfal preżenti għal din l-attivita' u ħeġġithom biex jitgħallmu aktar dwar l-istorja ta' pajjiżna filwaqt li jagħrfu wkoll japprezzaw il-wirt storiku u kulturali tal-gżejjer tagħna.

Hija faħħret l-inizjattiva li qed tieħu Heritage Malta biex torganizza attivitajiet bħal dawn, kif ukoll il-ħidma ta' din l-entita' fuq proġett għall-bini ta' Visitors Centre fil-Ġgantija u fl-istudji meħtieġa għar-restawr ta' dan is-sit storiku.

Fi Skola Sajf ta' din is-sena qed jattendu b'kollox madwar 500 tifel u tifla f'għaxar ċentri li jinsabu fl-iskejjel primarji fi ħdan il-Kullegg t'Għawdex, u f'ċentri oħrajn fl-Oratorju Don Bosco u l-Arka Respite Centre.

Permezz ta' dan il-programm it-tfal qed ikabbru l-ħiliet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-arti, krafts, kant, mużika, żfin u drama, filwaqt li jitgħallmu aktar dwar il-ħarsien tas-saħħa, il-ħarsien tal-ambjent u tal-annimali, il-ħarsien tal-wirt kulturali, il-prevenzjoni kontra l-abbużi, il-ħajja inklussiva, il-kompjuter u t-turiżmu.

L-istudenti qed jieħdu sehem ukoll f'attivitajiet sportivi, ħarġiet kulturali u edukattivi, kif ukoll fi skambji mal-istudenti li jattendu SkolaSajf f'Malta.

Skola Sajf f'Għawdex fetħet aktar kmieni dan ix-xahar u mistennija tibqa' għaddejja sa l-ewwel ġimgħa ta' Settembru.

Bookmark Print page Email page
Studenti ta' Skola Sajf f'Għawdex iżuru t-tempji tal-Ggantija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Numru ta' proġetti speċjali f'lokalitajiet żgħar
Se jsir il-Festival Internazzjonali tal-Folk fil-Qala
Ir-rivista Madonna Ta' Pinu b'ħarġa speċjali
Imfakkar l-10 anniversarju mit-twaqqif tal-kor taż-żgħażagħ tal-iSchola Cantorum Jubilate
Schola Cantorum Jubilate tiċċelebra 10 snin ta' mużika
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
17:34 Kunsillier Laburista ta' Ħ'Attard b'sentenza sospiża wara li kisser numru ta' balavosti
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
15:37 Jinżamm arrestat wara li allegatament faqa' tazza f'wiċċ peruna
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi