MaltaRightNow.com sezzjoni: Kunsilli lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Kunsilli Lokali

Statistika dwar il-kunsilliera eletti


12 ta' Marzu, 2012  17:59 CET

Fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda, li għall-ewwel darba saru f'nofs Malta f'daqqa, ġew eletti b'kollox 239 kunsillier, li jfisser 10 aktar milli ġew eletti meta l-aħħar li saru l-elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet.  

Dan minħabba li f'sitt kunsilli żdiedu bi tnejn is-siġġijiet kaġun ta' żieda fil-popolazzjoni, waqt li f'kunsill wieħed, il-popolazzjoni ċkienet, allura l-kunsill naqsulu żewġ siġġijiet.

Il-PN tella' total ta' 105 kunsillieri, waqt li l-PL tella' 131 kunsillier.  L-AD tellgħet tnejn, waqt li kunsillier ieħor ġie elett f'isem partit ieħor, fil-Furjana.

Meta wieħed iqabbel mat-totali tal-aħħar rawnd ta' elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet, dan ifisser li l-PN naqqas ħames siġġijiet, waqt li l-PL żied ħmistax. L-AD baqgħet fejn kienet, b'żewġ kunsillieri, u l-uniku kunsillier indipendenti elett din id-darba hu l-istess wieħed tal-aħħar darba, fil-Furjana.

Il-PN naqqas kunsillier f'Ħaż-Żebbuġ, Birżebbuġa, Had-Dingli, il-Ħamrun għax ċkien il-kunsill, Hal Kirkop, il-Marsa, tas-Sliema, il-Qala fejn tilef il-maġġoranza, Ħal Safi fejn ukoll tilef il-maġġoranza, u l-istess f'San Pawl li mhux biss għadda f'idejn il-Lejber imma anke kiber bħala kunsill. Imma żied kunsillier fil-Mosta li rebaħħa lura, fix-Xagħra fejn il-kunsill kiber u f'Ħ'Attard li wkoll kbier, u l-PN żied żewġ kunsillieri fis-Swieqi fejn ukoll il-kunsill kiber.

Min-naħa tiegħu l-PL rebaħ siġġu wieħed f'kull wieħed minn dawn il-kunsilli: Ħaż-Żebbuġ, Ħ'Attard, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Hal Kirkop, il-Marsa, iż-żewġ lokalitajiet tal-Qala u Ħal Safi fejn rebaħ il-kunsill, is-Swieqi u x-Xagħra, f'dawn l-aħħar żewġ każi, bħal fil-każ tal-PN minħabba żieda fin-numru ta' kunsillieri li jiffurmaw il-kunsill.  Waqt li żied żewġ siġġijiet fiż-Żurrieq u San Ġiljan fejn fiż-żewġ każi wkoll il-kunsill kiber, u tlieta f'San Pawl parzjalment ukoll minħabba żieda fis-siġġijiet f'dan il-kunsill li għadda f'idejn il-PL.

Min-naħa l-oħra l-Lejber tilef siġġu fil-Ħamrun, hawnhekk ukoll bhall-PN minħabba tnaqqis fin-numru ta' siġġijiet li jiffurmaw il-kunsill, u tilef siġġu fil-Mosta li għaddiet f'idejn il-PN.

Min-naħa tagħha l-AD tilef is-siġġu li kellha fis-Swieqi imma rebħet siġġu ġdid f'tas-Sliema. Żammet dak li kellha f'Ħ'Attard.

Wara dawn l-elezzjonijiet, minn total ta' 35 lokalita' l-PN issa għandu maġġoranza fi ħmistax, il-Partit Laburista jmexxi 19 waqt li ħadd m'għandu maġġoranza ta' kunsillieri f'kunsill wieħed.

Li jfisser li bħala bilanċ il-PN naqqas żewġ maġġoranzi u l-PL żied tnejn.  

Fil-verita', il-PN tilef tliet maġġoranzi u rebaħ waħda, waqt li l-PL tilef maġġoranza waħda u rebaħ tlieta.

Il-lokalitajiet li biddlu l-idejn huma l-Mosta li mingħand il-PL marret għand il-PN, u San Pawl il-Baħar, Ħal Safi u l-Qala Għawdex li mingħand il-PN marru għand il-PL.

Bookmark Print page Email page
Statistika dwar il-kunsilliera eletti
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Titnaqqas l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali
Festa ta' kuluri, l-Ħadd 19 ta' Mejju fl-Iklin
Il-Kunsill Lokali is-Swieqi jippreżenta rapport dwar it-titjib tat-toroq u l-prijoritajiet tal-Kunsill fil-qasam tat-trasport
Proġett ġdid favur Turiżmu Sostenibbli f’Ħal Tarxien
Għada l-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
21:22 ‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
21:13 Iweġġa’ l-kantant George Michael
21:01 Ban Ki-moon iħeġġeġ taħditiet immedjati dwar il-kriżi
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.