MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Sindku temporanju għall-Kunsill Lokali tal-Furjana

maltarightnow.com
23 t' April, 2012  19:22 CET

Fit-tliet xhur li ġejjin, il-kunsilliera Laburista Davina Sammut Hili se tkun is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dan hekk kif fil-laqgħat kollha tal-Kunsill li saru fil-Furjana wara l-elezzjonijiet tal-10 ta' Marzu, ma ntlaħaqx qbil dwar min għandu jokkupa din il-kariga.

Il-Kunsill Lokali tal-Furjana bħalissa għandu żewġ kunsilliera tal-PN, Matthew Paris u Anthony Brincat u tnejn oħra tal-PL, Vince Borg u l-istess Hili. Hemm ukoll kandidat indipendenti, Nigel Holland.

Peress li ż-żewġ partiti għandhom l-istess numru ta' kunsilliera, fl-aħħar ġimgħat saru numru ta' votazzjonijiet bil-għan li jintlaħaq qbil, b'mod partikolari minħabba li l-kunsillier Nazzjonalista Anthony Brincat jinsab rikoverat l-isptar. Għalhekk mhux dejjem seta' jattendi l-laqgħat tal-Kunsill, inkluż il-laqgħa tal-lum.

Il-kunsillier tal-PN Matthew Paris innomina lil Nigel Holland bħala Sindku, filwaqt li Vince Borg, elett f'isem il-PL, innomina lil Sammut Hili. Fil-votazzjonijiet li saru Holland kiseb 2 voti favur u 2 kontra, l-istess bħal Sammut Hili.

Hekk kif wara 6 votazzjonijiet ma setax jintlaħaq qbil, daħlet fis-seħħ il-liġi tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, li tgħid li dik il-kunsilliera li tkun kisbet l-ikbar numru ta' voti fil-partit bl-iktar numru ta' voti, għandha tokkupa l-pożizzjoni ta' sindku għal 3 xhur. Dan sakemm terġa' tittieħed votazzjoni oħra mill-membri tal-Kunsill.

Intant, issa jmiss il-ħatra tal-Viċi-Sindku. F'din l-aħħar laqgħa, Holland innomina lil Matthew Paris għal din il-kariga filwaqt li Sammut Hili nnominat lil Vince Borg. Għal darb'oħra, wara sitt votazzjonijiet ma ntlaħaqx qbil, fatt li wassal biex din tiġi aġġornata għal-laqgħa li jmiss, fit-30 t'April.

Jekk jerġa' ma jintlaħaqx qbil għal din il-kariga, terġa' tidħol fis-seħħ id-direzzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u Vince Borg jinħatar Viċi-Sindku għat-tliet xhur li ġejjin.

Bookmark Print page Email page
Sindku temporanju għall-Kunsill Lokali tal-Furjana
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
L-akbar ristorant ta' McDonald`s f'Malta
Serp kbir f'San Ġwann
Konfermata - Ronnie Pellegrini b'kariga fit-tmexxija tal-Freeport
ICT Solutions maħtura MS SharePoint Gold Partner
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
18:40 Studenti mhux kwalifikati jieħdu post l-infermieri f'San Vinċenz de Paul
18:35 Tiżdied il-lista ta' ħatriet “Tagħna Lkoll”
19:19 Konfermata - Ronnie Pellegrini b'kariga fit-tmexxija tal-Freeport
iktar aħbarijiet
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
19:41 Attakk fatali f’bażi f’Londra
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
19:29 L-akbar ristorant ta' McDonald`s f'Malta
19:24 Serp kbir f'San Ġwann
19:19 Konfermata - Ronnie Pellegrini b'kariga fit-tmexxija tal-Freeport
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.