Ivan VASSALLO
31 ta' Lulju, 2012
15:23 CET |
Għal sena oħra il-fondazzjoni OASI qed tniegħed il-21 edizzjoni tal-festival Riflessi Sajfin. Dan sa jsir il-11 ta' Awwissu fis-7.30pm il-quddiem fil-Menqa, Marsalforn. F'din il-21 edizzjoni sa jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' talent lokali bħal Eleanor Cassar, Mikaela Bajada, l-Aurora Folk Group, il-Gozo Line Dancers u bosta artisti oħra.
Il-fondazzjoni OASI tixtieq tistieden lill-pubbliku sa biex jiġi bi ħġaru u jsegwi kemm it-talent lokali, kif ukoll il-ħidma li l-fondazzjoni tgħamel fost żgħażagħ li jbatu mill-vizzju tad-droga.
|