maltarightnow.com
28 ta' Marzu, 2012
20:37 CET |
Raġel ta' 73 sena sofra ġrieħi ta' natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt f'inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fi Triq Dun Guzepp Zammit, iż-Żurrieq għall-ħabta tal-16:30 meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn guvni ta' 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur ta' tip Honda 70 misjuq minn ragel ta' 73 sena residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 73 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtiega, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi ta' natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.
|