19 ta' Mejju, 2012
17:57 CET |
Raġel ta' 52 sena, residenti l-Mosta, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' għoli ta' madwar sular f'San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta' residenza meta għal xi raġuni spiċċa waqa'. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart fi Triq ir-Ramel.
Fuq il-post waslu mill-ewwel membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-għajnuna meħtieġa. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Miriam Hayman li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga.
|