8 ta' Ġunju, 2012
20:02 CET |
Il-qraba tal-vittmi Ċileni tal-ġunta militari li tmexxiet mill-Ġeneral Augusto Pinochet (bejn l-1973 u l-1990) ipprotestaw kontra l-pjani biex 'jinradd ġieħ' lil dan l-eks-dittatur li miet fl-2006.
Dawn in-nies organiżżaw rally f'Santiago fejn fost oħrajn sejħu biex ma jixxandarx dokumentarju ġdid dwar Pinochet li jgħidu huwa insensittiv għall-aħħar. Intant, il-Gvern Ċilen m'hux beħsiebu jintervjeni f'avveniment li għalih huwa 'privat'.
Mietu jew sparixxew 'il fuq minn 3,000 ruħ tul is-sbatax-il sena meta Pinochet kellu l-aħħar kelma fiċ-Ċile, iżda kollox jindika li d-dokumentarju 'Pinochet' għandu jixxandar xorta ( minn għada) ġo teatru f'Santiago.
|