Ivan VASSALLO
19 ta' Ġunju, 2012
10:21 CET |
Sir Paul McCartney illum għalaq 70 sena. Ex-membru tal-grupp minn Liverpool, the Beatles, McCartney hu magħruf flimkien ma John Lennon bħala l-kompożitur ewlieni ta' dan il-grupp. Wara t-tmiem tal-esperjenza tiegħu mal-Beatles holoq band oħra, Wings imma imbgħad kompla bħala solist.
Għalkemm kienet inbniet leġġenda madwaru li seta' kien miet f'inċident tat-traffiku fl-1966 u li kollox kien nżamm mistur, Paul McCartney jidher mimli bl-għomor u sa jkompli bil-kunċerti tiegħu madwar id-dinja. Filfatt kien staqrr li "Jekk jgħoġobni, għala għandi nirtira?"
|