foreign@media.link.com.mt
30 ta' Lulju, 2010
20:43 CET |
Nirien kbar fil-foresti tar-Russja ċentrali wasslu biex 23 persuna tilfu ħajjithom fir-reġjun ta' Voronez. Dawn in-nirien kienu kkaġunati minn mewġa ta' sħana li ħakmet il-pajjiż, meta Lulju sar l-aktar xahar sħun f'dawn l-aħħar 130 sena fir-Russja. Dawn in-nirien qerdu aktar minn 1,100 dar fir-Russja ċentrali, bil-Prim Ministru Russu Vladimir Putin ikun kostrett iħassar l-appuntamenti uffiċċjali tiegħu biex iżur uħud miż-żoni milquta minn dan id-diżastru naturali.
Eluf ta' nies kellhom jiġu evakwati biex jevitaw in-nirien, fosthom kważi elf pazjent minn sptar f'din iż-żona.
|