MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Muscat ma kienx mistieden mill-Kunsill Tranżitorju Libjan

Il-pressjoni saret minn Alex Sceberras Trigona biex jiltaqa' mal-awtoritajiet Libjani

Matthew BONETT
15 t' April, 2012  18:30 CET

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat wasal lura minn żjara ta' anqas minn 24 siegħa fil-Libja – liema żjara il-Partit Laburista kien se jżommha sigrieta kieku ma żvelahiex is-sit MaltaRightNow.com. 

Fil-fatt, din kienet it-tieni darba f'temp ta' ftit ġranet li l-Partit Laburista prova jaħbi laqgħat li kellu Joseph Muscat – iżda ż-żewġ tentattivi fallew peress li kemm iż-żjara fil-Libja kif ukoll il-laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq li matulha, Joseph Muscat qal li jrid issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Kommunista tal-Korea ta' Fuq, ħarġu fil-beraħ.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li l-Partit Laburista kien kostrett jagħmilha wara li ġiet żvelata ż-żjara ta' Joseph Muscat fil-Libja, il-Mexxej Laburista qal li kemm din iż-żjara kif ukoll il-laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq għamilhom għax iħobb lil pajjiż.

Joseph Muscat, iżda, naqas li jsemmi li hu u l-Partit Laburista ikkundannaw lid-dittatur Gaddafi u l-attroċitajiet imwettqa mir-Reġim tiegħu – biss wara li dan tneħħa mill-poter.

Miegħu, Joseph Muscat ħa lis-Segretarju Internazzjonali Alex Sciberras Trigona, kif ukoll lid-Deputati Karmenu Vella, Michael Farrugia u Noel Farrugia – b'dan tal-aħħar hu l-bniedem li qabel ma' Joseph Muscat laħaq leader tal-Partit Laburista, kien jagħmel kuntatti mar-reġim ta' Gaddafi biex ifassal laqgħa bejn Muscat u Gaddafi. F'din l-ittra, Noel Farrugia kien qal ukoll li jekk jitla' Joseph Muscat, kif fil-fatt ġara, kien se jaħtru Kelliem għall-Afrika.

Sadanittant, il-gazzetta The Sunday Times irrapurtat li għal kuntrarju ta' dak li prova jagħti x'jifhem il-Partit Laburista – li Joseph Muscat kien mistieden mill-Kunsill Transitorju Libjan – kien proprju l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Alex Sciberras Trigona, fi Frar li għadda, li bagħat ittra lill-Kunsill biex jekk hu possibli jilqa' lil Joseph Muscat il-Libja.

Fil-fatt, dan is-sit hu nfurmat li l-ħsieb ta' Alex Sciberras Trigona kien li Joseph Muscat jiltaqa' mal-Prim Ministru Libjan Abdel Rahim Al-Keib – iżda jidher li dan l-attentat falla, għax Muscat iltaqa' biss mac-Chairman tal-Kunsill Tranżitorju Abdul Jalil kif ukoll ma' mexxejja lokali f'Bengazi u Misurata.

Met ġie mistoqsi għalfejn iltaqa' mal-Ambaxxatur Korean bil-moħbi, Joseph Muscat ħarab mill-mistoqsija.

Joseph Muscat prova jpinġi l-laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq bħala waħda mhux importanti – minkejja li waqt din il-laqgħa – li saret bil-moħbi tal-poplu Malti u Għawdxi – Joseph Muscat qal li l-Korea ta' Fuq kella kull dritt jispara rocket ghax kull pajjiż sovran għandu d-dritt li jtella' satellita fl-ispazju – minkejja li dan l-att ġie kkundannat mill-komunita' internazzjonali, nkluż mill-Gvern Malti.

Għalhekk, provajna nieħdu l-kummenti tas-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista Alex Sciberras Trigona, kemm dwar il-laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq – kif ukoll dwar il-pressjoni li hu għamel biex Joseph Muscat jiltaqa' mal-ogħla awtoritajiet Libjani.

Bookmark Print page Email page
Muscat ma kienx mistieden mill-Kunsill Tranżitorju Libjan
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.