MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Muscat jikkritika ż-żieda li ingħatat lill-Pulizija


12 t' Awwissu, 2012  14:02 CET

Waqt intervista rrekordjata fuq Super One Radio, il-Ħadd filgħodu Muscat ikkritika l-għotja li l-gvern se jagħti lill-Pulizja u qal li din missha tħabbret fil-baġit.

Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li se jtejjeb il-kundizzjonijiet finanzjarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Dan qed isir għaliex id-dħul finanzjarju tal-membri tal-Korp tal-Pulizija jrid jirrifletti x-xogħol li jagħmlu u l-kumplessita’ tax-xogħol tagħhom.  

Muscat bħalma fil-passat kien għamel il-predeċessur tieghu Alfred Sant, reġa' semma li l-MLP għandu roadmap u enfasizza li l-partit għandu quddiemu proposti, li se jiġu diskussi fil-Kungress Nazzjonali. Dan juri li l-programm elettorali tal-MLP għadu mhux lest għalkemm Karmenu Vella, li tqabbad minn Muscat biex ifassal dan il-programm, kellu żmien twil biex ilestih. Muscat innifsu kemm il-darba fil-passat kien saħaq li l-MLP jinsab lest għall-elezzjoni, għalkemm m'għandux program elettorali mfassal.

Muscat ammetta li l-iskema l-ġdida tal-Gvern għal dawk li jixtru l-ewwel propjeta' hi tajba. Iżda reġa qal li din ukoll missha tħabbret fil-baġit li għadda. Muscat pero' ma qalx jekk l-MLP hux lest li jinkludi din l-għajnuna lill-First Time Buyers fil-programm elettorali tiegħu.

Meta tkellem dwar il-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, Muscat qal li mhux minnu li nħolqu 20 elf post tax-xogħol ġdid.

Dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta' numru ta' prodotti, Muscat ammetta li ż-żieda fil-prezzijiet minn barra tista' ssir taħt kull gvern u li mhux dejjem jistgħu jittieħdu miżuri kontriha. Hu qal li l-Gvern jista' jikkontrolla l-effett ta' miżuri oħra fuq il-kummerċ u n-negozju, għalkemm evita li jwieġeb x'jista' jagħmel jekk ikun fil-Gvern biex l-effett taż-żidiet minn barra jonqos.

Meta mistoqsi dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Muscat ma qalx kif l-MLP lest li jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jekk ikun fil-Gvern, u qal li jemmen li l-Gvern Nazzjonalista qed jaħdem biex isib metodi alternattivi biex inaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fl-intervista, Muscat reġa' għajjar lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech u qal li kieku Tonio Fenech kien impjegat tal-privat kien jitkeċċa.
 
Fi stqarrija il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment qal li Muscat dalgħodu reġa wera li ma jafx jagħmel id-differenza bejn impjiegi ġodda u żieda fl-impjiegi. Muscat jibqa’ jħawwad it-tnejn, bi żball jew apposta, juri nuqqas ta’ kompetenza u nuqqas ta’ serjeta’ mill-oppożizzjoni laburista.

I-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li Muscat jippretendi li hu ekonomista u ma jafx jagħmel id-differenza bejn iż-żieda fl-impjiegi u impjiegi ġodda. Muscat irid li int tafdah bl-impjieg tiegħek iżda b’diskorsu juri li ma jafx il-kunċetti bażiċi tal-ekonomija, qal il-PN fl-istqarrija. 

Bookmark Print page Email page
Muscat jikkritika ż-żieda li ingħatat lill-Pulizija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Punti ewlenin
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:24 Jingħalaq wieħed mit-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei
11:07 Ħabsin Maltin Eżiljati l-Awstralja
iktar aħbarijiet
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.