MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Marlene Bonnici r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea

maltarightnow.com
17 ta' Lulju, 2012  17:40 CET

Il-Kabinett approva l-ħatra ta' Marlene Bonnici bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea wara r-riżenja ta' Richard Cachia Caruana.

Marlene Bonnici, membru tas-Servizz Diplomatiku, issieħbet fis-Servizz Pubbliku bħala għalliema fl-1989, wara li temmet l-istudji tagħha fl-Università ta' Malta fejn akkwistat first class degree. Hi studjat il-politika internazzjonali, il-kummerċ u finanzi internazzjonali, il-liġi internazzjonali u studji diplomatiċi ġewwa l-Università ta' Oxford. Fl-1992 ingħaqdet fis-Servizz Diplomatiku Malti u serviet bħala first secretary fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn fil-Germanja u fl-Ambaxxata Maltija fi Brussel.

Marlene Bonnici ħadmet fid-Direttorat tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, fejn kienet responsabbli primarjament għall-koordinazzjoni tal-pożizzjoni Maltija dwar għadd ta' kapitli tal-acquis communitaire, kif ukoll l-istrumenti u inizjattivi ta' finanzjament ta' qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Hi nħatret wkoll bħala Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'responsabbiltà ġenerali tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea f'Malta.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi feraħ lil Marlene Bonnici għall-ħatra tagħha, filwaqt li rringrazzja lil Cachia Caruana għall-ħidma kbira li wettaq għall-ġid ta' pajjiżna, huwa awgura kull suċċess lir-Rappreżentant Permanenti ġdida.

Richard Cachia Caruana minn naħa tiegħu wkoll feraħ lil Marlene Bonnici, filwaqt li rringrazzja lill-istaff tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u awgura li taħt id-direzzjoni l-ġdida ikomplu jaħdmu fl-aħjar interess ta' Malta.

Bookmark Print page Email page
Marlene Bonnici r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
IL-kisbiet edukattivi tal-istudenti għandhom jiġu rikonoxxuti mill-pajjiżi kollha tal-UE
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.