15 ta' Ġunju, 2012
13:11 CET |
Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena Malta kellha t-tieni l-akbar żieda fil-holqien tax-xogħol fl-Ewropa meta mqabbel mal-kwart ta' qabel, jigifieri t-tliet xhur bejn Ottubru u Diċembru 2011.
Meta wieħed imbagħad iqabbel il-perjodu Jannar-Marzu 2012 mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet, jigifieri l-ewwel kwart tal-2011, Malta tigi fir-raba' post fl-UE f'dik li hija z-zieda fl-impjiegi.
Dan kollu johrog minn cifri pubblikati mill-Ufficcju tal-Istatistika tal-UE li juru li waqt li fl-Ewropa bhala medja ma kienx hemm zidiet fl-impjiegi, anzi f'certi kazi kien hemm tnaqqis, pajjizna kien fost ammont żgħir ta' stati membri li ziedu l-impjiegi.
Fl-ewwel kwart ta' din is-sena, l-impjiegi f'Malta, fuq il-kwart ta' qabel, jigifieri l-ahhar tliet xhur tas-sena l-ohra, żdiedu bi kważi 1% (0.9%). Dan meta bhala medja l-impjiegi fl-UE ma żdidux, baqgħu fl-istess livell, waqt li l-medja taż-żona ewro naqset b'0.2%. Malta kienet fost 8 pajjizi biss li żiedu l-impjiegi. Il-bqija tas-27 stat membru jew baqgħu fl-istess ilma jew naqqsu l-impjiegi. F'dan il-kaz Malta tigi fit-tieni post fir-rata ta' tkabbir tal-impjiegi – tgħaddina biss l-Estonja.
Meta t-tqabbil isir mal-istess perjodu tas-sena l-ohra, jirrizulta li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena Malta rregistrat zieda fl-impjiegi ta' 1.9% fuq l-istess kwart is-sena li għaddiet. Minn fost 15-il pajjiz li rregistraw zieda fl-impjiegi, Malta tigi fir-raba' post wara l-Estonja, ir-Rumanija u l-Polonja. Fil-bqija, 12-il pajjiz membru l-impjiegi jew baqgħu fl-istess livell jew naqsu. F'dan il-kaz il-medja Ewropea naqset sew fil-kaz tal-UE kif ukoll fil-kaz tal-pajjizi tal-Ewro. Tnaqqis ta' 0.1% u 0.5% rispettivament.
Din l-ahhar statistika tal-Eurostat tikkonferma li minkejja l-mewg internazzjonali, pajjizna qed ikompli johloq impjiegi godda. Waqt li fl-istess hin, min-naha l-ohra, il-qgħad qed ikompli jonqos, bir-rata ta' dawk li qed jirregistraw għax-xogħol f'pajjizna, kif turi l-istatistika ewropea stess, tibqa' wahda fost l-aktar baxxi fl-UE u fiż-żona ewro.
Sadanittant, l-UE l-Ġimgħa ppubblikat ukoll iċ-ċifri dwar l-esportazzjoni li għamel kull pajjiż membru tagħha fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.
Anke f'dan il-kaz iċ-ċifri tal-UE juru li bejn Jannar u Marzu li għaddew Malta gawdiet żieda sostanzjali f'dak li biegħet barra l-pajjiż – żieda ta' disgħa% fuq l-istess tliet xhur tas-sena ta' qabel. Din iż-żieda ta' 9% fl-esportazzjoni ta' Malta kienet ir-raba' l-aqwa żieda fl-esportazzjoni fost is-27 pajjiż tal-UE.
Malta bit-tieni l-akbar żieda fil-ħolqien tax-xogħol fl-UE
L-impjiegi fl-Ewropa
Jannar - Marzu 2012 (mqabbel m'Ottubru - Diċembru 2011)
Fl-UE +0.0%
Fiż-żona ewro -0.2%
Malta (it-tieni) +0.9%
L-impjiegi fl-Ewropa
Jannar - Marzu 2012 (mqabbel ma' Jannar - Marzu 2011)
Fl-UE -0.1%
Fiż-żona ewro -0.5%
Malta (it-tieni) +1.9%
|