26 ta' Mejju, 2012
15:39 CET |
Malcolm Pisani se jniedi s-seba` single tiegħu ‘DANGER’ li għandha ġeneru differenti mill-aħħar singles li kellhu dan l-aħħar l-istess kantant.
Dan l-avveniment se jsir f'BJ’s Club, Paceville nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju.
Din il-kanzunetta għandha mużika ta’ Siconix, bil-kollaborazzjoni ta’ Malcolm stess u kliem ta’ Billy J.
Matul din l-attivita`, Malcolm se jkun qed ikanta s-singles kollha li nieda matul dawn l-aħħar ħames snin u jagħlaq is-serata bil-performance tal-kanzunetta l-ġdida tiegħu. Din ir-red carpet event se tkun qed tilqa` l-mistednin tagħha b’invit speċjali, maħdum apposta għal din is-serata, għalhekk, Malcolm u t-team tiegħu jixtiequ jħeġġu lil dawk kollha li huma interessati jattendu għal din l-attivita` mużikali biex jibagħtu email fuq [email protected] mhux iktar tard minn nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju sabiex b’hekk jirċievu invit bil-posta.
L-attivita` se tkun waħda tassew speċjali li għaliha Malcolm jirringrazzja lill-isponsors uffiċjali tiegħu, b’mod speċjali lil dawk li riċentament għażlu li jinvestu fil-karriera tiegħu bl-għan li jkomplu jagħtuh is-support li jeħtieġ fis-snin li ġejjin.
|