Rebecca BORG
8 ta' Ġunju, 2012
17:10 CET |
Illum saret laqgħa oħra informali ta' konsultazzjoni ta' qabel il-budget, din id-darba ma' rappreżentanti t'organizazzjonijiet tat-tfal, kemm dawk edukattivi u anke dawk li mhumiex.
Qabel ma ngħata bidu għal din il-laqgħa, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Tonio Feneċh elenka l-investiment u l-inċentivi li ta u qed joffri l-Gvern fil-qasam tat-tfal.
Hu semma l-kunċett ta' fond kapitali sabiex il-genituri li għandhom tfal fi skejjel tal-Knisja u indipendenti jigu mgħejuna. Semma ukoll il-ftuħ ta' skola gdida fis-sena u l-investiment ta' 16-il miljun ewro fl-IT bħal m'huma l-interaċtive whiteboards li joffru edukazzjoni ahjar lit-tfal. Ta wkoll kreditu ta' taxxa lit-tfal għal meta jattendu attivitajiet kulturali.
Il-Gvern zied ukoll l-appogg fl-iskejjel permezz tal-Learning Support Assistants, zied iċ-childrens allowance, u holoq il-komputazzjoni ġenitur. Apparti minn hekk, fejn madwar tliet snin jew erba' snin ilu ġenituri li jiffosterjaw it-tfal kienu jingħataw madwar €25 fil-gimgħa, illum il-ġurnata qed jingħataw €70 fil-ġimgħa sabiex b'hekk it-tfal jgħixu fil-kunċett ta' familja.
|