maltarightnow.com
11 ta' Ġunju, 2012
18:51 CET |
Il-mexxej ġdid tal-grupp ewlieni ta' oppożizzjoni għad-dittatura ħeġġeġ lill-potenzi diniji biex jipproteġu l-popolazzjoni mill-forzi armati tal-President Bashar al-Assad u jieħdu azzjoni deċiżiva fin-Nazzjonijiet Uniti. Azzjoni li tista' tkun implimentata bil-forza.
Abdelbasset Sida, li kien elett mexxej tal-Kunsill Nazzjonali Sirjan (SNC), qal li jekk il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma setax jilħaq ftehim dwar x'għandu jsir, allura l-komunità internazzjonali għandha tieħu azzjoni mingħajr mandat tan-NU.
Sida, li hu Kurd u għal ħafna snin għex fl-eżilju fl-Iżvezja, wara li kien elett mexxej stinka biex iserraħ moħħ l-Insara u l-Alawiti, il-grupp Islamiku ta' Assad, li huma mħassba dwar l-eżistenza tagħhom fis-Sirja jekk jitneħħa Assad, li l-ġejjieni tagħhom kien se jkun protett u ma kienx se jkun hemm diskriminazzjoni bażata fuq il-fidi jew grupp etniku.
Iżda bejn l-oppożizzjoni għal Assad hemm firda kbira u l-SNC għad m'għandux appoġġ kbir internazzjonali.
|