24 t' April, 2012
20:07 CET |
Il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp tal-kreattivita' fost iż-żgħażagħ permezz ta' aċċess usa għall-kultura u għall-espressjoni artistika. Kien għalhekk li fil-Kulleġġ St Albert il-Belt, tnediet it-tieni edizzjoni tal-proġett KREATTIV. Dan il-proġett li għalih ġew investiti 70,000 ewro mill-Baġit ta' din is-sena ser jgħin sabiex it-tfal fl-iskejjel irawmu sens ta' kreattivita'.
Il-proġett KREATTIV beda bis-sehem tat-tfal fil-programm 16 fl-2018. L-iskola St Albert għażlet dan it-titlu għall-fatt li fis-sena 2018, dawn l-istudenti ser jagħlqu 16-il sena u matul dik is-sena, l-Belt Valletta li fiha tinsab din l-iskola, ser tospita il-Belt Kulturali Ewropea.
Għal din it-tnedija ta' dan il-proġett, kien hemm preżenti il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina flimkien mal-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura Mario de Marco.
Ħadna l-kummenti ta' wħud mill-istudenti li jattendu f'dan il-kulleġġ, u qed jipparteċipaw f'dan il-proġett.
Ritratt: DOI
|