MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

L-ewwel fażi tal-proġett tal-Magħtab mistennija titlesta f'Ottubru

Charles MUSCAT
8 ta' Ġunju, 2012  12:54 CET

L-ewwel fażi tal-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab li tkopri biċċa art ta' 60,000 metru kwardu se titlesta sa Ottubru ta' din is-sena u diġa' sar investiment ta' €9 miljun li 85% huma fondi tal-Unjoni Ewropea.

Dan tħabbar waqt żjara li l-Prim Ministru Lawrenċe Gonzi għamel f'dan is-sit biex jara l-progress li sar fir-rijabilitazzjoni tal-miżbla. Hu kien akkumpanjat mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, minn Ben Farrugia, iċ-Chairman ta' WasteServ u uffiċjali oħra.

L-ewwel fażi kienet tinkludi xogħol biex il-ħafna saffi tal-miżbla jkunu msaħħa u ma jikkrollawx kif ukoll tħaffru madwar 400 bir biex jittellgħu il-gassijiet. 80% ta' dawn il-gassijiet huma ħżiena u qed jinħarqu filwaqt li l-20% l-oħra qed jintużaw biex jitħaddem il-form li jaħraq il-gassijiet.

Bħalissa qed jinbnew ammont ta' ħitan b'tul ta' 11-il kilometru biex iżommu s-saffi tal-miżbla li tgħattew u fuqhom se jitpoġġa saff ħamrija. Żewġ kilomteri minnhom huma hitan tas-sejjieħ.

It-tieni fażi ta' dan il-proġett tinkludi t-tħawwil ta' siġar u arbuxelli u tisbiħ ambjentali biex din li hi meqjusa li kienet l-akbar ġerħa ambjentali f'pajjiżna tinbidel f'park ta' rikreazzjoni għal familja b'investiment totali ta' kważi €30 miljun. It-tieni fażi tkopri biċċa art ta' 260,000 metru kwadru.

Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett, flimkien ma' proġetti oħra kapitali, qed joħloq ix-xogħol għall-ħaddiema.

Ben Farrugia qal li l-miżbla tal-Magħtab bdiet fis-snin '70 u sa meta ingħalqet fl-2004 kienu intefgħu fiha madwar 22.5 miljun tunnellata skart. Hu spjega x-xogħol ta' rijabilitazzjoni li sar s'issa u x-xogħol li għad irid isir biex il-miżbla tinbidel f'park għall-familja li mistenni jitlesta fis-sena 2014.

Bookmark Print page Email page
L-ewwel fażi tal-proġett tal-Magħtab mistennija titlesta f'Ottubru
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
The Bubble Charity Festival fil-Buskett
Mitluba kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżenja tar-Chairman tal-MCA
Tliet Segretarjati Privati mimlijin kollha b'impjegati minn barra s-servizz pubbliku
Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
Punti ewlenin
14:26 Iktar dubji dwar kemm il-Labour fil-Gvern se jżomm kelmtu dwar l-edukazzjoni
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
iktar aħbarijiet
18:12 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
17:58 The Bubble Charity Festival fil-Buskett
17:27 Mitluba kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżenja tar-Chairman tal-MCA
17:21 Tliet Segretarjati Privati mimlijin kollha b'impjegati minn barra s-servizz pubbliku
17:06 Revokata sentenza effettiva ta' ħabs għal waħda sospiża għall-qattiel tal-kelba ''Star''
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
13:10 Talba għal estradizzjoni ta' Ġermaniż li jgħix l-Amerika akkużat b'pedofalija
12:36 Rumen mixli b'attentat ta' serq, allegatament jagħmel parti minn ċirku ta' kriminali
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
10:59 Nirien jaħkmu kmamar fil-Furjana
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.