Gabriel ELLUL
29 ta' Marzu, 2012
18:48 CET |
L-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Univesitarji hi avveniment importanti ħafna fil-ħajja tal-Universita', li jiġbed lejh numru tajjeb ta' studenti.
Għal din is-sena, f'din l-elezzjoni Universitarja qed jieħdu sehem żewġ għaqdiet studenteski, l-għaqda tal-Istudenti Demokristjani Maltin, magħrufa bħala l-SDM, u l-Pulse, li f'dawn l-aħħar erba' snin għażlet li ma tikkontestax għall-KSU. L-SDM fil-fatt ilha tmexxi l-KSU sa mit-twaqqif tagħha. Kull għaqda għandha 11-il kandidat għal total ta' 22 - u dawk eletti li b'kollox jammontaw għal ħdax, se jkunu qed jokkupaw id-diversi karigi amministrattivi ta' dan il-Kunsill.
Biex l-istudenti jkollhom iċ-ċans kollu jivvutaw, il-votazzjoni għal bosta mill-fakultajiet saret fuq tnax-il siegħa, mit-8am sat-8pm, u anke l-istudenti Għawdxin kellhom iċ-ċans jivvutaw, propju fiċ-Ċentru Universitarju t'Għawdex. Bħal kull sena, il-proċess tal-għadd tal-voti jsir matul il-lejl u r-riżultati joħorġu kmieni l-Ġimgħa filgħodu.
|