MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

L-MLP jibqa’ bil-politika ta’ indħil u partiġjana


21 ta' Settembru, 2012  11:02 CET

Fl-aħħar jiem il-Malta Labour Party għamel pressjoni kbira sabiex tiċċaqlaq attività li għandha ssir nhar is-Sibt f'Ħal Qormi, sempliċiment għaliex din l-attività se taħbat fl-istess ġurnata tal-mass meeting li se jkun qed jorganizza l-Labour f'Ta' Qali.

Diversi persuni li tkellmu ma' dan is-sit stqarrew ir-rabja tagħhom għall-mod kif aġixxew uffiċjali għolja tal-MLP u anke għall-mod partiġġjan kif imxiet s-Sindku Laburista ta' Ħal Qormi. 

Is-Sindku Laburista Rosianne Cutajar – persuna imbuttata ’l quddiem minn Joseph Muscat – telgħet għall-ewwel darba fil-Kunsill bl-għajta li se tkun qed tisma' lin-nies. Meta fil-fatt, qalulna diversi sorsi, lanqas fuq xi ħaġa sempliċi bħalma hi attività kulturali ma kienet kapaċi timxi mingħajr partiġjaniżmu u ġabet l-interess tal-MLP qabel l-interessi tar-residenti Qriema.

Dan il-ġurnal hu nfurmat li l-ġimgħa l-oħra, l-organizzatur tal-attività ‘Lejl f'Casal Fornaro’, issejħu fil-każin tal-Labour f’Ħal Qormi biex issir pressjoni ħalli tinstab data alternattiva għal dan l-avveniment kulturali u jkun pospost. 
Nies li tkellmu magħna qalulna li dan sar għaliex “beżgħu li ma jmorrux nies għall-mass meeting”.

Barra minn dan, l-istess persuni qalulna li f'din il-laqgħa, is-Sindku Rosianne Cutajar heddedt li twaqqaf xi fondi u jkun hemm “bojkot”, filwaqt li sar ukoll theddid fuq xi kumpaniji li hemm involuti fl-organizzazzjoni ta' dan il-festival.

Dan is-sit għandu tagħrif li l-organizzaturi saħansitra rċivew telefonati minn uffiċjal miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
L-indħil tan-nies ta' Muscat f'din l-attività urta lil bosta Laburisti ġenwini li għadhom ma jistgħux jifhmu għaliex sar dan it-theddid fuq żgħażagħ li jaħdmu bi sħiħ tul is-sena kollha b'mod volontarju sabiex jesponu t-talent Qormi.

Fl-elezzjoni ta' Marzu li għadda s-Sindku Laburista Rosianne Cutajar ġabet 1,445 vot, u bis-saħħa tal-imbuttatura ta' Muscat irnexxiela taqla mit-tmexxija tal-Kunsill lill-eks Sindku Jesmond Aquilina. 

Bookmark Print page Email page
L-MLP jibqa’ bil-politika ta’ indħil u partiġjana
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta f'Tal-Barrani
Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
Punti ewlenin
09:00 Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta f'Tal-Barrani
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
12:01 Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
11:43 Detentur tal-liċenzja tax-xogħol tan-nar mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq tifel
09:00 Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta f'Tal-Barrani
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
20:27 Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
20:25 Il-Gvern jaħfer €9 miljun lill-BWSC
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
19:45 Tornado jħalli qerda u vittmi fil-Belt ta' Oklahoma
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.