MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Aħbarijiet Lokali

Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika

David BONELLO
30 ta' Lulju, 2010  20:31 CET

L-2010, li hija sena ddedikata mill-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, titlob kuxjenza akbar dwar id-drittijiet tal-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika.

Dan ħareġ waqt seminar b'rabta ma' din is-sena Ewropea indirizzat fost l-oħrajn mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' Mario Galea li saħaq li s-soċjeta' għandha tibża' għall-anzjani tagħna.

Mario Galea saħaq li l-anzjani fil-komunita', li dejjem qed jiżdiedu, jagħtu konribut kbir fil-qasam tal-volontarjat fis-soċjeta' tagħna tant li ħafna mil-għaqdiet fil-komunita' u fl-irħula tagħna huma mmexxijin mill-anzjani, jew hemm l-anzjani jagħtu kontribut kbir fihom.

Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea qal li f'eżerċizzju li sar mis-segretarjat tiegħu il-parroċċi f'Malta u Għawdex ikkonfermaw li ħafna minn dawk li jagħtu kontrbut fil-paroċċi huma anzjani li irtiraw u għandhom ħafna ħin f'idejhom.

Mario Galea qal li l-ammont ta' anzjani fis-soċjeta' dejjem qed jiżdied tant li sal-2050 f'Malta se jkun hawn 'il fuq minn 150 elf persuna li jkollhom aktar minn 65 sena. B'hekk saħaq fuq l-importanza li s-soċjeta' għanda dejjem aktar tħares l-anzjani.

L-iskop ta' dan is-seminar, li kien it-tielet wieħed tat-tip tiegħu, kien biex isir appell ħalli titqajjem kuxjenza u rispett lejn l-anzjani u biex tinħoloq kuxjenza fuq id-drittijiet tal-persuni li qegħdin jesperjenzaw vjolenza domestika.

Fost il-kelliema ta' dan is-seminar kien hemm Rose Sammut, Ambaxxatriċi għas-Sena Ewropea u Segretarja tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni Anzjani, Marceline Naudi, Ambaxxatriċi għas-Sena Ewropea u Chairperson, Kummissjoni fuq il-Vjolenza Domestika, Stephanie Xuereb, Direttur tal-Anzjani u s-Servizzi fil-Komunita' fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita', u Maryanne Gauci, Maniġer tal-Adulti u s-Servizzi fil-Familja fl-Aġenzija Appoġġ.

Bookmark Print page Email page
Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
Imfakkar Jum il-Vitorja
Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
17:34 Kunsillier Laburista ta' Ħ'Attard b'sentenza sospiża wara li kisser numru ta' balavosti
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
15:37 Jinżamm arrestat wara li allegatament faqa' tazza f'wiċċ peruna
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi