Ray ABDILLA
29 ta' Marzu, 2012
14:12 CET |
Koppja żagħżugħa inżammu taħt arrest preventiv wara li kienu mixlijin quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li mill-14 ta' Marzu li għadda u qabel kellhom x'jaqsmu ma' każijiet ta' frodi u prostituzzjoni u li anke ssekwestraw il-persuni li allegatament ikkommettew frodi kontrihom.
Justin Farrugia ta' 21 sena minn San :wann u Ellie Briffa ta' 18-il sena minn Birkirkara wieġbu li mhumiex ħatjin li żammew lilm Nicholas Farrugia u lil John Ellul kontra l-volonta' tagħhom meta sar frodi fil-konfront tagħhom. Huma kienu mixlijin li rrikkattaw lil dawn il-persuni biex jagħmlu qliegħ minn fuqhom.
Il-koppja kienet mixlija li fflasifikat ċekk tal-Bank of Valletta, liema ċekk kien ta' €2,270 u li sarfitu meta dan ma setax jissarraf. Kienu mixlijin ukoll li użaw ismijiet foloz biex jiffrodaw lil Nicholas Farrugia u John Ellul u dan b'somma li tlaħħaq it-€3,270. Kienu mixlijin ukoll li saru reċidivi.
Justin Farrugia waħdu kien mixli li wettaq frodi fil-konfront ta' Farrugia u Ellul u li ħebb għall-Kuntistabbli Stephen Mercieca u li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tiegħu. Farrugia kien mixli wkoll li fl-20 ta' Frar li għadda saq karozza mingħajr liċenzja u polza tas-sigurta'.
Huwa kien mixli wkoll li għex minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' Ellie Briffa u persuni oħra u talli bl-imġieba tiegħu beżża lil Nicholas Farrugua u John Ellul, li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħhom u li tahom fastidju. Farrugia kien mixli wkoll li kiser il-kundiazzjonijiet ta' ħelsien mill-arrest li kienu mposti fuqu fil-15 ta' Diċembru li għadda mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.
Ellie Briffa waħidha kienet mixlija li fl-14 ta' Marzu u qabel assistit lil Justin Farrugia f'atti li ġew ikkunsmati u li tlajjat fi triq għal skop ta' prostituzzjoni jew għal skopijiet immorali oħra. Għall-akkużati deheru l-Avukati Gianella Demarco, Yanica Bugeja u Mark Vassallo filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmxxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Carol Fabri.
|