MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Konferenza Annwali tal-Inġiniera


10 ta' Mejju, 2012  19:07 CET

L-ilma hu essenzjali mhux biss għall-ekonomija, iżda wkoll għall-għajxien u l-ħajja ta' kuljum, Hu għalhekk li l-Gvern dejjem kien fuq quddiem biex jiġi protett u kkonservat l-ilma f'Malta.

Dan qalu l-Ministru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco, waqt il-21 Konferenza Annwali tal-Inġiniera li fiha ġiet diskussa l-isfida tal-Ilma għas-Seklu 21. Fil-Konferenza ħadu sehem ukoll fost l-oħrajn il-President tal-Kamra tal-Inġiniera, Saviour Baldacchino u l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-Ilma Marc Muscat.

Il-Ministru de Marco fakkar fil-miljuni li investa l-Gvern biex id-drenaġġ kollu jiġi trattat qabel jilħaq jinżel fil-baħar.

Fil-fatt Malta ġiet iċċertifikata fost l-aqwa fl-Ewropa fil-kwalita` tal-ilma li għandha. Barra minn hekk Malta hi l-unika pajjiż fil-Mediterran li titratta d-drenaġġ kollu qabel jinżel fil-baħar.

Mario de Marco qal li permezz tal-iskemi li l-Gvern diġa għamel u li se jintroduċi, speċjalment permezz tal-Pjan Strateġiku fuq l-Ambjent għas-snin li ġejjin, l-ilma f'Malta se jkun ikkonservat bl-aħjar mod possibli.

Hu faħħar lil-Lukandi Maltin li 15% minnhom irċivew ċertifikazzjoni tajba fil-prattiċi tas-sostenibbilta tal-ilma
Madanakollu xorta jibqgħu jeżistu l-isfidi, hekk kif skont stħarriġ tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-ristoranti għad fadal ħafna negozji li ma ħadux miżuri biex jiġi użat u kkonservat aħjar l-ilma.

Il-Ministru qal li l-isfida tal-ilma għal Malta hi akbar minħabba ir-riżorsi minimi li għandha u anke minħabba l-popolazzjoni li dejjem qed tikber.

Min-naħa tiegħu Savior Baldacchino ukoll enfasizza fuq l-importanza li kull negozju jikkunsidra strateġija tajba għas-sostenibbilta tal-ilma u faħħar lill-Inġiniera tax-xogħol li jagħmlu f'dan il-qasam.
.

Bookmark Print page Email page
Konferenza Annwali tal-Inġiniera
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Twissija ta' riefnu
'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
"Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
"Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
"Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.