14 ta' Mejju, 2012
11:05 CET |
Għall-ewwel darba, din is-sena is-27 Stat membru tal-Unjoni Ewropea qed jiċċelebraw Jum Għarfien dwar l-Europeana. Fil-gżejjer Maltin dan il-jum gie ccelebrat għall-ewwel darba f'Għawdex permezz ta' ċerimonja li matulha twassal tagħrif dwar l-Europeana.
Dan hu sit fuq l-internet fejn wieħed jista' jsib miljuni ta' immaġni diġitati ta' kotba, pitturi, filmati, oġġetti tal-mużew, u dokumenti t'arkivji minn madwar l-Ewropa kollha.
Il-Ministru Debono fakkret fl-importanza kbira li l-istudenti jsiru konxji minn din il-minjiera ta' tagħrif biex jużawha għall-akbar gwadann tagħhom fix-xogħol tal-iskola kif ukoll fil-passatempi tagħhom.
|