MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Jinħoloq l-aħjar ambjent għan-Negozji Żgħar f'Malta


10 ta' Mejju, 2012  19:32 CET

Il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibli biex joħloq l-aħjar ambjent possibli għan-negozji ż-Żgħar fil-gżejjer Maltin. Permezz ta' diversi skemi li l-Gvern introduċa f'dawn l-aħħar snin, in-Negozji ż-Żgħar f'pajjiżna setgħu jespandu u b'hekk jiġġeneraw aktar impjieg u ġid għall-ekonomija Maltija.

Hekk qal il-Ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta, in-Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi, waqt konferenza tal-Assoċjazzjoni Maltija Għan-Negozji tal-Familja.

Il-Ministru Azzopardi fakkar fl-iskema tal-MicroInvest  li biha gawdew 1,045 negozju u sa Marzu li għadda gawdew minn 25 elf ewro kull wieħed fi tnaqqis tat-taxxa. Dawn in-negozji iġġeneraw 247 impjiegi bejnithom li fissru kważi 17-il miljun ewro għall-ekonomija Maltija.

Semma wkoll l-iskema Jeremie. Permezz ta' din l-iskema gawdew 230 negozj żgħar li ngħataw is-somma ta' 23 miljun ewro f'self bejnithom. 

Jason Azzopardi fakkar ukoll fit-42 miljun ewro ta' fondi mill-UE li ngħataw lil mijiet ta' negozji żgħar biex jespandu l-operat tagħhom.

Hu semma kif Malta ġiet mfaħħra anke fuq livell Ewropew, mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani li qal li l-iskemi introdotti mill-Gvern Malti għan-Negozji ż-Żgħar huma fost l-aqwa fl-Ewropa.
 
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill 

Bookmark Print page Email page
Jinħoloq l-aħjar ambjent għan-Negozji Żgħar f'Malta
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
Il-Gvern Laburista jirkeb fuq inizjattivi li tnedew mill-Gvern Preċedenti
Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
Punti ewlenin
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
20:28 Il-Prim Ministru jibża’ mill-fatati
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.