MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali

Jikber il-misteru ta’ Emanuela Orlandi


15 ta' Mejju, 2012  19:34 CET

Wara li nhar it-Tnejn il-Pulizija Forensika fetħet il-kripta f’bażilika f’Ruma biex joħorġu l-katavru ta’ kriminal magħruf  bħala parti minn investigazzjoni fl-għajbien fl-1983 ta’ Emanuela Orlandi, bint impjegat tal-Vatikan, il-misteru jidher li se jkompli għalissa.
Fil-qabar suppost hemm il-katavru ta’ Enrico De Pedis, mexxej ta’ grupp kriminali, La Magliana, li kien werwer il-kaptiali Taljana fis-snin Sebgħin u Tmenin. Il-qabar infetaħ għax kien hemm ħafna allegazzjonijiet li jekk jinfetaħ kien se jitwaddab dawl fuq il-każ ta’ Orlandi.
 
Fil-qabar, apparti l-fdalijiet ta’ dak li hu maħsub huma ta’ De Pedis, instabu wkoll għadam oħra. Issa dawn se jibdew ikunu eżaminati biex ikun stabbilit jekk dak li kien hemm midfun hux De Pedis kif ukoll jekk hemmx fdalijiet ta’ Orlandi. Orlandi kellha 15-il sena meta għebet wara li ħarġet mill-appartament tal-familja fil-Vatikan biex tmur għal lezzjoni tal-mużika. De Pedis kien inqatel fl-1990. Eks maħbuba tiegħu kienet sostniet li kien De Pedis li kien ħataf lil Orlandi u mbagħad fl-2005, waqt programm investigativ Taljan, persuna ċemplet u qalet li t-tweġiba għall-għajbien kienet fil-qabar ta’ De Pedis.
 
Ir-Reverendu Frederico Lombardi, kelliem tal-Vatikan, qal li l-ftuħ tal-qabar kien pass pożittiv bl-iskop li jittieħdu l-passi kollha possibbli biex il-każ jiġi solvut. De Pedis kien midfun fil-Bażilika ta’ Sant’Apollinare u dan qanqal ħafna mistoqsijiet kif wieħed mill-aktar kriminali magħrufa u brutali fl-Italja jispiċċa midfun hemm.
 
Avukat għall-familja De Pedis qal li l-investigaturi sabu madwar 200 kontenitur b’għadam qrib il-qabar tiegħu u fil-ġimgħat li ġejjin dawn se jkunu eżaminati biex jaraw jekk fosthom hemmx ta’ Orlandi. Pietro Orlandi, ħu Emanuela, li kien preżenti t-Tnejn, qal li l-katavru kien relattivament f’kundizzjoni tajba imma fil-qabar kien hemm biss katavru wieħed, ta’ raġel. 
 
Il-każ ta’ Orlandi hu wieħed mill-akbar misteri tal-istorja riċenti Taljana u kien marbut saħanstira mal-attentat fuq il-Papa Ġwanni Pawlu II li seħħ sentejn qabel kif ukoll mal-Arċisqof  Amerikan Paul Marcinkus li kien imexxi il-bank tal-Vatikan u kien involut fi skandlu finanzjarju kbir.

Bookmark Print page Email page
Jikber il-misteru ta’ Emanuela Orlandi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Splużjoni fuq il-Qamar
Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
Tama għal Madeleine McCann
Punti ewlenin
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
18:04 L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
19:18 "Iż-żwieġ tradizzjonali taħt theddida fl-Ingilterra"
19:17 Aktar ġlied f’Lixandra
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.