24 ta' Mejju, 2012
13:21 CET |
Il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li t-tkabbir ekonomiku għandu jkun prijorita' għall-pajjiżi Ewropej, flimkien mat-tnaqqis tal-iżbilanċ. Hekk intqal fi tmiem summit informali ta' l-Unjoni Ewropea li sar fi Brussell. F'dan is-summit ħa sehem il-PM Malti Lawrence Gonzi.
Kif fisser il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy, tema oħra diskussa kienet is-sitwazzjoni fil-Greċja, fejn sostna li dan il-pajjiż għandu jibqa' fiż-żona ewro, għalkemm irid jonora l-obligi finanzjarji li għandu.
Suggett ieħor diskuss kien l-introduzzjoni ta' Eurobonds, xi haga li qed jimbotta 'il quddiem l-President Franciz Francois Hollande, għalkemm għad hemm l-oppożizzjoni tal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.
|