MaltaRightNow.com sezzjoni: Mużika
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Mużika

It-tenur Joseph Calleja f'kunċert ieħor fuq il-Fosos

Kunċert flimkien ma' Ronan Keating u GiGi D'Alessio

Jerome CARUANA CILIA
10 ta' Mejju, 2012  18:43 CET

It-tenur Malti Joseph Calleja se jagħti l-kunċert ieħor fis-7 ta’ Lulju, fuq il-Fosos tal-Furjana. Dis-sena, f’dan il-kunċert annwali tas-sajf se jingħaqdu miegħu fuq il-palk il-kantanti Ronan Keating u Gigi D’Alessio. 

Id-dettalji ta’ dan l-avveniment tħabbru minn NnG Promotions u mit-tenur Joseph Calleja waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Palazzo Parisio, u li kienet indirizzata wkoll mill-Ministru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent, Mario de Marco, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta Mark Watkinson u Balesh Sharma, Kap Eżekuttiv ta’ Vodafone Malta.

Il-kunċert annwali tas-sajf tat-tenur Malti issa sar avveniment stabbilit fil-kalendarju tal-attivitajiet kulturali ta’ pajjiżna. L-isforzi ta’ Calleja għenu biex il-mużika klassika tkun aktar aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali u l-kunċert ta’ din is-sena wkoll mistenni jiġbed lejh eluf ta’ dilettanti tal-mużika li jkunu qed jistennew biex għal darb’oħra jkollhom din l-esperjenza.

Il-Ministru tat-Turiżmu Mario de Marco qal li l-Kunċert tas-Sajf ta’ Joseph Calleja sar appuntament annwali li jħobbu ħafna Maltin u barranin. Kompla jgħid li dan hu avveniment li jsaħħaħ il-kalendarju kulturali taghna. Mario de Marco qal ukoll li n-numru ġmielu ta’ kisbiet li għamel Joseph barra minn Malta u l-fama internazzjonali li għandu fi ħdan iċ-ċrieki tal-mużika klassika jagħmluh wieħed mill-akbar ambaxxaturi kulturali ta’ pajjiżna. 

Joseph Calleja għadu kemm ġej minn staġun tajjeb ħafna li matulu dar l-aktar teatri importanti tad-dinja. 

Bookmark Print page Email page
It-tenur Joseph Calleja f'kunċert ieħor fuq il-Fosos
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Malti l-aħjar persuna li timita lil Elvis Presley
Laetitia Amodio - tifla ta' 11-sena b'talent kbir bħala pjanista
Il-grupp ''Trania'' f'Mumbai
Waħda mill-ensembles Franċiżi ewlenin fit-Teatru Manoel illejla
Isle of MTV kkonfermat għat-tliet snin li ġejjin
Punti ewlenin
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
20:28 Il-Prim Ministru jibża’ mill-fatati
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.