MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

It-tabib Ċensu Tabone kien ra mill-viċin miraklu ta' Dun Ġorġ Preca


16 ta' Marzu, 2012  16:20 CET

Dun Ġorġ Preca kien beda bil-passi tiegħu lejn il-qdusija propju b'każ li kien qed ikun segwit minn Ċensu Tabone bħala tabib li kien speċjalizzat fil-kura tal-għajnejn. 

Kien Cħarles Zammit Endrich, il-pazjent li kien qed ibati minn tiċrit fir-retina, il-parti tal-għajn li biha tara d-daw. Il-każ kien diffiċli biex jitfejjaq imma ġara li bl-interċessjoni ta' Dun Ġorġ Preca il-problema għebet. 

Maltarightnow.com iltaqa' ma Kenneth Zammit Endrich, bin Charles, li rrakkontalna kif jiftakar lill-President Emeritu Ċensu Tabone. 

Hu qalilna li Ċensu Tabone kien opera lill-missieru u wara xahrejn li kienet saret din l-operazzjoni il-problema reġgħet feġġet. Meta kien reġa' feġġ il-każ it-tabib Tabone kien tal-opinjoni li ftit li xejn kien hemm ċans li l-għajn tkun salvata. 

Iżda ġara li xi nies devoti lejn San Ġorġ Preca kienu ħadu biċċa lazz miż-żarbun ta' dan is-saċerdot lil Charles Zammit Endrich u minn dak il-ħin ħassu jmur għall-aħjar. Saħansitra meta neħħa l-faxex minn ma' għajnejh irriżulta li dan kien beda jara ċar.

Malli t-Tabib Ċensu Tabone mar jinvistah, bħalma kien jagħmel ta' kuljum, induna li kienet ġrat xi ħaġa mhux tas-soltu - kien induna li l-pazjent kien fieq b'mod inspjegabbli. Wara dan it-tabib Tabone kien intalab jagħti x-xhieda tiegħu ta' dak li kien seħħ f'dan il-każ, meqjus miraklu.

Kenneth  Zammit Endrich jiftakar ukoll iż-żmien li hu stess kien għamel jaħdem mal-President Ċensu Tabone. 

Dan kien każ ieħor minn ħafna li ltqajna magħhom u li fihom tispikka l-umanita' ta' dan il-bniedem, li kien kapaċi jisma' u jħobb, iżda fuq kollox kien bniedem ta' fidi kbira.

Bookmark Print page Email page
It-tabib Ċensu Tabone kien ra mill-viċin miraklu ta' Dun Ġorġ Preca
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Amministrazzjoni ta’ uħud ugwali aktar minn ħaddieħor
Simon Busuttil f'laqgħa ma' Gianluca Bezzina
Is-settur marittimu b'kontribut kbir lejn l-ekonomija Maltija
Numru ta' transfer vendikattivi fil-Pulizija f'Għawdex
Matthew u Eliza - l-iktar ismijiet popolari li ingħataw lit-trabi fl-2012
Punti ewlenin
17:15 Tibda’ l-ħidma tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-Istatut tal-PN
15:13 ''Mingħajr ma jkun partit konfessjonali, il-PN għandu sisien insara'' - Simon Busuttil
14:40 Ronnie Pellegrini biex jinħatar Chairman ġdid tal-Freeport?
16:01 Direttiva ġdida: Pazjenti rilaxxati malajr biex ma jidhirx iffullar
iktar aħbarijiet
18:24 Amministrazzjoni ta’ uħud ugwali aktar minn ħaddieħor
18:04 Simon Busuttil f'laqgħa ma' Gianluca Bezzina
17:59 Il-każ dwar id-dritt li akkużat ikollu avukat jassistih waqt l-interogazzjoni
17:40 Is-settur marittimu b'kontribut kbir lejn l-ekonomija Maltija
17:24 Numru ta' transfer vendikattivi fil-Pulizija f'Għawdex
17:19 Matthew u Eliza - l-iktar ismijiet popolari li ingħataw lit-trabi fl-2012
17:15 Tibda’ l-ħidma tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-Istatut tal-PN
17:01 Jiżdiedu l-każi ta' infezzjonijiet u viruses fl-iskejjel Primarji
15:26 Kjarifika minn Sandro Micallef fuq kawża mal-ex President ta' Sliema Wanderers
15:13 ''Mingħajr ma jkun partit konfessjonali, il-PN għandu sisien insara'' - Simon Busuttil
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.