Ivan VASSALLO
14 ta' Settembru, 2012
14:15 CET |
F'Awwissu ġiet irreġistrata żieda ta' 0.2% mix-xahar li għadda, mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Din iż-żieda fl-indiċi kiene triflessa minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fuel.
Din iż-żieda ġiet riflessa l-aktar fil-prezz tal-ikel u xorb mhux alkoħoliku b'żieda ta' 0.5%. Żieda oħra irreġistrata mill-uffiċju nazzjonali tal-istatistika kienet ta' 0.4% fil-prezz fuq package holidays filwaqt li kien hemm żieda ta' 0.3% fil-prezz tat-tabakk u x-xorb alkoħoliku. Ġiet ukoll irreġistrata żieda fl-indiċi tal-prezzijiet ta' 0.1% għal manutenzjoni u t-tiswijiet fi djar, servizzi mediċi u paramediċi, kif ukoll fuq it-telekomunikazzjoni
Min-naħa l-oħra, l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika irre;istra tnaqqis fil-prezz ta' ħwejjeġ u żraben ta' 1.4%, tnaqqis ieħor kien ta' 0.4% fuq għamara u għodda għad-djar filwaqt li kien hemm tnaqqis ta' 0.2% fuq dehebijiet.
Intant studju mill-Eurostat juri li kien hemm żieda ta' 2.6% fl-inflazzjoni fiż-żona Ewro f'Awwissu ta' din is-sena, fejn l-inflazzjoni kienet ta' 0.4%. F'dan l-istudju, Malta irreġistrat fost l-anqas żidiet fl-inflazzjoni b'0.2% fix-xahar ta' Awwissu, ferm anqas minn pajjiżi bħall-Belġju, Greċja u l-Estonja u saħansitra anqas miż-żona Ewro. Fl-Ewropa, l-akbar żidiet kienu fuq it-trasport, l-alkoħol t-tabakk, rikreazzjoni u kultura u edukazzjoni. Filwaqt li ġiet irreġistrata wkoll żieda fil-prezz tal-fuels, il-gass u l-elettriku.
|