MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Ippremjati tfal li attendew sessjonijiet ta' 'New Leaf Storytelling'

Joanna MIFSUD
15 ta' Ġunju, 2012  19:45 CET

Għal dawn l-aħħar tmien ġimgħat, fil-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Furjana kienu organizzati sessjonijiet ta' 'story telling' għal-tfal sa  seba' snin.  

Dawn it-tfal kienu qed jiġu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom u s-sessjonijiet saru bil-kollaborazzjoni ta' tmien voluntieri membri fin-New Leaf, li hija NGO flimkien mal-Librerija Pubblika Ċentrali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.  
Qabel ma waqfu għall-vaganzi tas-sajf, ġiet organizzata attivita' li fiha dawn it-tfal ġew ippremjati b'kotba biex ikomplu jrawmu fihom l-imhabba għall-qari. Dawn it-tfal,  ġimgħa wara ġimgħa attendew bi ħġarhom għal dawn is-sessjonijiet ta' qari, tpinġija, kant u żfin. Kull ġimgħa l-organizzaturi kienu jistiednu mistieden jew mistiedna speċjali sabiex jaqsmu mat-tfal it-talenti tagħhom.  Għall-attivita' tal-:imgħa wara nofsinhar kienet mistiedna Emma Cutajar, tifla ta' 5 snin li kantat diversi kanzunetti. Il-premjazzjoni saret mill-Ministru Dolores Cristina li qasmet il-kotba lil kull tifel u tifla u kellha l-opportunita' li titkellem mat-tfal preżenti. 

Is-sessjonijiet ta' 'story telling' kienu jsiru kull nhar ta' ġimgħa – ġimgħa jsir qari bl-Ingliż u ġimgħa oħra qari bil-Malti. Għal kull sessjoni kienu jattendu madwar tletin tifel u tifla. Is-sessjonijiet ġew organizzati minghajr hlas. Il-hsieb hu li dawn is-sessjonijiet jerġgħu jibdew wara s-sajf u hu ppjanat ukoll li jiżdiedu l-lokalitajiet fejn jiġu organizzati kif ukoll li dawn ikunu miftuħa għal firxa aktar wiesgħa ta' etajiet. 

Bookmark Print page Email page
Ippremjati tfal li attendew sessjonijiet ta' 'New Leaf Storytelling'
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.