MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Investiment fl-ulied: il-ġejjieni tal-pajjiż

Matthew BONETT
13 ta' Mejju, 2012  15:35 CET

Fid-djalogu tal-Partit Nazzjonalista, kienu bosta dawk li għamlu l-interventi tagħhom, tkellmu dwar il-ħidma tal-Gvern kif ukoll taw is-suġġerimenti tagħhom lill-Prim Ministru ta' kif il-Partit Nazzjonalista jista' jkompli jaħdem għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Professur Ray Mangion, li hu lekċerer, qal li Malta għandha storja mill-isbaħ, fost l-aqwa fl-Ewropa. Hu ssuġġerixxa lill-Prim Ministru biex jinbena arkivju nazzjonali li jiġbor l-arkivji kollha ta' pajjiżna. 

Luana Vassallo, studenta fl-Applied Biomedical Sciences, spjegat kif fl-aħħar erba' snin, l-istudenti f'dan il-kors fl-Universita' aktar milli ttriplaw. Hi qalet li hi u sħabha qed ikollhom l-opportunita' li jkomplu jistudjaw f'dan il-qasam, anke grazzi għall-makkinarju fl-Isptar Mater Dei. Hi rringrazzjat il-Prim Ministru għax permezz tal-BioMaltaCampus u l-Isptar tal-Kura tal-Kanċer, hi għandha xogħol garantit.

Mark Anthony Sammut hu inġinier u fl-aħħar sentejn, gawda minn borża ta' studju tal-Gvern biex studja fil-livell ta' Masters fit-telekomunikazzjoni. Hu rringrazzja lill-Gvern talli dejjem iggarantixxa l-opportunitajiet liż-żgħażagħ f'setturi differenti. Hu qal li trid issir aktar enfasi biex l-edukazzjoni twassal liż-żgħażagħ jaħsbu, jikkritikaw u jirraġunaw aktar. Dan għaliex l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-progress, qal Mark Anthony Sammut.

Intervjenew ukoll żewġ studenti tal-Higħer Secondary. Neil Smart irringrazzja l-Prim Ministru għall-istipendji u għall-fatt li biex wieħed ikompli jistudja, għandu bżonn biss il-ħiliet tiegħu. Hu appella biex il-korsijiet anqas popolari mal-istudenti jingħataw importanza wkoll.

Min-naħa tiegħu, Jean Claude Vella, li jistudja l-Maths u l-Physics, appella wkoll biex numru ta' korsijiet li ma tantx huma popolari, jiġu spjegati aktar lill-istudenti. Qal ukoll li l-investiment li sar fil-Higħer Secondary fin-Naxxar qed iħalli l-frott, għax din l-iskola llum għandha reputazzjoni tajba.

Tkellem ukoll Gaetano Cristina, pensjonant li għażel li jibqa' jaħdem. Hu qal li x-xogħol żammu f'saħħtu, u għalhekk, irringrazzja l-Gvern tal-inċentiv li filwaqt li jirċievi l-pensjoni, għadu qed joffri xi ħaġa lis-soċjeta' permezz tax-xogħol. Hu qal li għadu jħossu validu, għandu x'joffri u għalhekk irid jibqa' jagħti kontribut.

Fl-aħħarnett, tkellmet ukoll Rosette Thake, li tmexxi Child Care Centre. Hi appellat biex il-Gvern idaħħal liġi li tirregola ċ-Child Care Centres ta' Malta. Minkejja li hemm regoli dwar dawn iċ-ċentri li daħlu fis-seħħ fl-2006. Hi faħħret ix-xogħol li qed jagħmel il-Gvern mal-Koperattivi ta' pajjiżna, fosthom mal-koperattiva tac-Child Care Centres, u qalet li dawn kienu strumentali biex baqgħu jinħolqu l-impjiegi f'Malta, anke fi żmien ta' riċessjoni.

Il-Prim Ministru ħa nota ta' dawn is-suġġerimenti, u qal li se jkun qed jevalwa kull suġġeriment li tressaq waqt dan id-djalogu, f'aktar dettall.

Bookmark Print page Email page
Investiment fl-ulied: il-ġejjieni tal-pajjiż
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
"Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Festa Fjuri fl-Iklin
Punti ewlenin
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
16:50 Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
11:55 Il-PN jifraħ lil Gianluca Bezzina
11:25 Tnaqqis drastiku għar-riċerka fl-Universita'
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.