MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Introdott l-Auto Gas f'Malta

Luca CARUANA
22 ta' Mejju, 2012  12:49 CET

Il-Kumpanija Liquigas Ltd ħabbret l-ewwel autogas f'Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan il-fjuwil li jista' jinxtara f'Malta minn dawk li għandhom vettura li tista' tieħu l-Liquefied Petroleum Gas (LPG). L-Auto Liquigas hu impurtat minn Liquigas Malta. Sidien ta' vetturi mibdula biex jieħdu l-LPG issa jistgħu jixtru l-Auto Liquigas minn l-ewwel stazzjon li qed ibiegh dan il-fjuwil. Dan hu Top Car, li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, f'Ħal Luqa.

Dan tħabbar mil-Kap Eżekuttiv ta' Liquigas Malta, Roberto Capelluto, fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali waqt laqgħa għall-midja li saret fit-Top Car Fuel Station. Dan hu l-ewwel stazzjon f'Malta li se jforni l-Auto Liquigas. Kien hemm preżenti wkoll uffiċjali għolja ta' Liquigas Malta, fosthom il-Kap tal-Operat Paul Agius Delicata.

Auto Liquigas hu fjuwil alternattiv li hu nadif, bla periklu u li jintuża ħafna f'pajjiżi Ewropej bħall-Italja, Polonja u l-Ġermanja, u aktar ‘il bogħod f'pajjiżi bħall-Awstralja. Hi l-għażla l-aktar effettiva biex il-vetturi tal-lum li jaħdmu bil-petrol isiru vetturi li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent. Karozzi ġodda jew użati issa jistgħu jkunu impurtati f'Malta bis-switch doppju biex ikunu jistgħu jaħdmu kemm bil-petrol bla ċomb jew bil-fjuwil LPG.

Bil-prezzijiet tal-lum, l-Auto Liquigas hu orħos ħafna mill-petrol jew diesel. Il-prezz tal-Auto Liquigas f'Malta se jkun ta' €0.75 kull litru. Dan hu madwar 50% orħos mill-petrol bla ċomb, u 46% orħos mid-diesel. Il-bidla (conversion)  li trid issir fil-vettura tkun spiża vallapena għal dawk is-sidien li jużaw il-vetturi tagħhom kuljum.

Il-bidla biex jintuża l-LPG tiswa madwar €700 u €1,300, skont xi tkun il-vettura li tkun qed issirilha l-bidla.

L-ewwel stazzjon tal-fjuwil Auto Liquigas fil-MIA hu post konvenjenti għal dawk li joqgħodu jew jaħdmu fin-Nofsinhar ta' Malta. Liquigas Malta qed taħdem biex iddaħħal l-Auto Liquigas fi stazzjonijiet tal-fjuwil oħrajn madwar Malta.

Bookmark Print page Email page
Introdott l-Auto Gas f'Malta
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
Jitlaqqa' il-Grupp Parlamentari tal-PN għan-Nofsinhar ta' Malta
Punti ewlenin
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
20:27 Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
20:25 Il-Gvern jaħfer €9 miljun lill-BWSC
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
19:45 Tornado jħalli qerda u vittmi fil-Belt ta' Oklahoma
19:39 Tħassib dwar is-serq fost it-turisti
19:20 Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
18:54 L-aħħar tislima lill-Ark Royal
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.