MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Inawgurata l-kappella ta' Santa Ċeċilja f'Għawdex wara r-restawr

Marion ZAMMIT
24 ta' Marzu, 2012  19:04 CET

L-uniku kappella medjevali li tinsab f'Għawdex reġgħet fetħet il-bibien tagħha wara kważi 400 sena wara proġett ta' restawr li sar fl-aħħar snin snin permezz tas-sehem tal-Gvern, ta' għaqda volontarja u ta' kumpanija privata.
 
Il-proġett ġie inawgurat is-Sibt filgħodu minn Giovanna Debono, il-Ministru għal Għawdex. Il-proġett ta' restawr estensiv sar minn Baron Group f'Għawdex kif ukoll minn ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex li wettqu partijiet mix-xogħlijiet. Il-proġett ingħata fondi wkoll minn skema ta' eko-Għawdex għall-għaqdiet mhux governattivi mnedija mill-istess Ministeru, u li permezz tagħha ġew iffinanzjati l-art ġdida tal-injam tal-kappella kif ukoll is-sistemi tad-dawl b'vultaġġ baxx li jinsabu fuq barra u fuq ġewwa tal-kappella.
 
Giovanna Debono, filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha involuti fir-restawr ta' dan il-monument uniku f'Għawdex, spjegat kif il-kappella issa mistennija tiġi mgħoddija f'idejn l-organizzazzjoni mhux governattiva Wirt Għawdex għall-imaniġġjar tagħha permezz ta' ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex stess u l-għaqda, li diġa' hi afdata bl-immaniġġjar ta' siti storiċi oħra f’Għawdex li qed tiftaħ b’mod regolari għat-tgawdija tal-pubbliku. Wirt Għawdex segwiet b’mod assidwu l-proċess ta’ esproprijazzjoni, akkwist, restawr u riabilitazzjoni tas-sit tal-uniku kappella medjevali li fadal f'Għawdex. 
 
Giovanna Debono qalet ukoll li l-kollaborazzjoni bejn il-Gvern, il-privat u aġenzija volontarja f'dan il-proġett wassal biex it-tliet partijiet flimkien isalvaw u jagħmlu dan il-wirt storiku ta’ pajjiżna aktar aċċessibbli. Filwaqt li spjegat ir-rwol tal-għaqda volontarja Wirt Għawdex, Giovanna Debono esprimiet il-gratitudni tagħha għall-ħidma tal-Maġistrat Paul Coppini, il-President preċedenti tal-għaqda, li għen biex il-Ministeru jakkwista dan il-monument u biex jibda’ x-xogħol fuq il-Kappella. Hija faħħret ukoll il-ħidma ta' Franco Masini, il-President il-ġdid, u l-għajnuna kontinwa tas-Segretarju Eżekuttiv Giovanni Zammit. 

Bookmark Print page Email page
Inawgurata l-kappella ta' Santa Ċeċilja f'Għawdex wara r-restawr
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Dar ġdida għall-anzjani f'Għajnsielem
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.