MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Inawgurat l-uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil


20 ta' Ġunju, 2011  10:15 CET

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström inawguraw l-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil, bil-kxif tal-logo tal-Uffiċċju f'ċeremonja li saret fil-Barrakka ta' Fuq, il-Belt Valletta. Iċ-ċeremonja saret fil-preżenza fost oħrajn ta' Robert Visser, id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju, ta' Stephane Fratacci, iċ-Chairman tal-Monitoring Board tal-Uffiċċju kif ukoll ta' Carm Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern.

Il-Prim Ministru, f'diskors tal-okkażjoni, fisser li Malta ilha titratta l-kwistjoni tal-immigrazzjoni rregolari għal dawn l-aħħar tmien snin. Hu stqarr li b'riżultat tal-gwerra ċivili fil-Libja, Malta llum tilqa' 2,700 persuna intitolata għal protezzjoni internazzjonali.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Kummissarju Malmström u lill-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot għall-inizjattiva tagħhom, kif ukoll għall-istati membri, li sal-lum laqgħu 644 refuġjat f'pajjiżhom. Il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lill-gvern Amerikan li sal-lum ipprovda, jew jinsab fi proċess li jipprovdi, futur lil madwar 900 persuna.

F'dan id-dawl, il-Prim Ministru qal li meta se hu jattendi l-Kunsill Ewropew il-ġimgħa d-dieħla, se jkun qed jistinka iżjed biex l-Ewropa tkun aktar solidali ma' Malta.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström ferħet lil Malta talli matul is-snin laqgħet lil eluf ta' immigranti f'pajjiżna. Hi qalet li dan l-Uffiċċju se jkun qed joffri aktar appoġġ tanġibbli lil min qed ifittex l-ażil filwaqt li se jkun megħjun minn diversi entitajiet Ewropej.

Intant qabel iċ-ċeremonja, il-Kummissarju Ewropew Malmström kellha laqgħa mal-Ministru Carm Mifsud Bonnici fil-Berga ta' Aragona, segwita b'laqgħa mal-Prim Ministru fil-Berġa ta' Kastilja. Immedjetament wara sar l-Iffirmar tad-Dikjarazzjoni fil-Kamra tal-Ambaxxaturi segwita bi stqarrijiet lill-ġurnalisti preżenti.

L-Uffiċċju Ewropew għall-Appogg tal-Azil, li whud mill-attivitajiet tiegħu bdew f'Novembru tas-sena l-oħra, twaqqaf bl-iskop li jsaħħaħ kooperazzjoni prattika f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ażil filwaqt li jgħin lil stati membri biex iwettqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali tagħhom ħalli jagħtu protezzjoni lil nies fi bżonn.

Bookmark Print page Email page
Inawgurat l-uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.