malarightnow.com
17 ta' Lulju, 2012
18:53 CET |
Miet ix-xjenzat Ċek Antonin Holy li kellu rwol importanti fl-iżvilupp ta' mediċina għal kontra l-virus tal-HIV u l-AIDS u li kien rebaħ numru ta' premjijiet prestiġjużi għax-xjenza inkluż il-Premju Descartes li tingħata mill-Unjoni Ewropea.
Il-mewta ta' Holy, fl-eta ta' 75 sena tħabbret wara marda twila fl-istess żmien li r-regolaturi tas-saħħa fl-Istati Uniti għall-ewwel darba approvaw l-użu ta' Truvada – mediċina li hu stess għen jiżviluppa bl-iskop li tevita l-infezzjoni f'persuni li qed jissugraw bil-kbir li jimirdu bl-HIV - il-virus li jikkaġuna l-AIDS.
Intant, Antonin Holy anki għen jiżviluppa l-mediċina Vestide li tintuża għat-trattament ta' kundizzjonijiet partikulari fil-pazjenti li huma morda bl-AIDS u l-mediċina Hepsera li tikkumbatti l-effetti tal-epatite B.
|